Brexit | One News - Part 6

Notifiki

May tirbaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament Ingliż

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May rebħet vot ta’ fiduċja fil-Parlament tard l-Erbgħa filgħaxija. 200 membru parlamentari tal-partit konservattiv ivvutaw favur May biex din tibqa’ Prim Ministru tar-Renju Unit u tkompli bil-pjan tagħha ta’ BREXIT. Il-proċess tal-vot beda għall-ħabta tas-18:00 (ħin Ingliż). Il-vot kien sigriet u l-indikazzjonijiet kienu sa mill-bidu li May ma kinitx se titlef dan il-vot. Sadanittant 117 il-membru ieħor tal-Partit ta’ May ivvutaw kontra.Aqra aktar

Il-Gvern Ingliż mistenni jippubblika l-pariri legali li ngħata għall-abbozz dwar Brexit

Il-Gvern Ingliż mistenni jippubblika l-pariri legali kollha li ngħata dwar l-abbozz dwar Brexit. Dan skont ir-rieda tal-maġġoranza tal-Membri Parlamentari Ingliżi.

Il-Partit Laburista Ingliż, imexxi minn Jeremy Corbyn, ordna lill-Gvern jippubblika l-pariri mogħtija lilu mill-Avukat Ġenerali, qabel ma nhar it-Tlieta li ġej, Westminster jivvota favur jew kontra dan l-istess abbozz.Aqra aktar

Ir-Renju Unit kapaċi jaffaċċja kriżi kostituzzjonali minħabba Brexit, jgħid il-Partit Laburista Ingliż

Ir-Renju Unit qed jaffaċċja kriżi kostituzzjonali jekk il-Prim Ministru Theresa May ma tibbullikax il-pariri legali kollha dwar l-abbozz tagħha dwar Brexit. Dan qalu l-Partit Laburista Ingliż.

May qed tibqa’ tinsisti li l-pariri li ngħatat huma kunfidenzjali, iżda xi Membri Parlamentari Ingliżi qalu li hemm xi Ministri tal-Gvern Ingliż li ma jridux jammettu li r-Renju Unit se jibqa’ marbut ma’ regolari marbuta mad-Dwana Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend