Brexit – Page 5 – One News

Notifiki

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż f’argument jaħraq dwar Brexit

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż ma qablu xejn dwar il-kwistjoni Brexit waqt wieħed mill-ewwel dibattiti politiċi tagħhom fuq it-televiżjoni.

Mistoqsija dwar il-possibbiltà ta’ ftehim ġdid mal-Unjoni Ewropea, is-sitt kandidati għall-kariga li tħalliet vojta minn Theresa May infexxew f’argument jaħraq, fejn saħansitra wħud minnhom qalu li negozji ġodda mal-Unjoni Ewropea kapaċi jkunu diżastrużi. Argumentaw ukoll dwar jekk għandux jagħlaq il-Parlament f’Westminster sal-wieħed u tletin ta’ Ottubru li ġej, jiġifieri Jum Brexit, bil-maġġoranza tal-kandidati preżenti jattakkaw din il-proposta. Rory Stewart, li huwa wkoll il-Ministru Ingliż għall-Iżvilupp Internazzjonali qal li kien inkwetanti ferm li MP jikkunsidra li waqqaf il-Parlament għal tul ta’ żmien, għaliex hekk, il-pajjiż ma jkunx qed jirrispetta d-demokrazija.Aqra aktar

“L-estensjoni trid tkun waħda sensibbli” – il-PM

Kwalunkwe estensjoni li kapaċi tingħata dwar Brexit għandha tkun waħda sensibbli. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti lill-ġurnalisti, ftit qabel ma beda summit ta’ emerġenza fi Brussell li ssejjaħ wara li Theresa May talbet estensjoni sat-tletin ta’ Ġunju li ġej dwar Brexit.

Aqra aktar

Probabbiltà ikbar ta’ Brexit mingħajr ftehim

In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier qal li Brexit bla ftehim jidher iktar possibbli, iżda xorta jista jkun evitat.

Qal li jara tliet alternattivi ‘l quddiem wara li l-membri parlamentari Ingliżi fallew milli jaqblu fuq proposti ta’ Brexit: bla ftehim, estensjoni itwal jew il-ftehim tal-Prim Ministru.

Barnier sostna li qatt ma kienet ix-xewqa jew l-intenzjoni li ma jkunx hemm ftehim, iżda issa l-Unjoni Ewropea tinsab preparata, hekk kif jum wara jum, it-tluq bla ftehim jidher iktar probabli.

Il-Prim Ministru Theresa May qed tħejji ruħha għal ħames sigħat tal-laqgħat mal-kabinett fil-jum tat-Tlieta.

Il-membri parlamentari Ingliżi vvutaw fuq erba alternattivi għal ftehim ta’ May, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kiseb maġġoranza.

Unjoni tad-dwana mal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda bi tliet voti filwaqt li mozzjoni għal referendum kiseb l-iktar voti favur, iżda xorta tilfet.

Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fit-12 t’ April, iżda jaf jitlob għal estensjoni.

Tentattiv ieħor biex l-abbozz Brexit jgħaddi minn Westminster

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tfittex l-aħjar pass ‘il quddiem biex tmexxi l-proċess Brexit. Dan wara li għat-tielet darba, il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-abbozz li fasslet dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Kelliema għall-Gvern Ingliż żvelaw lill-midja Ingliża li Theresa May xorta bi ħsiebha tipprova tgħaddi l-abbozz minn Westminster. Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw nhar it-Tnejn li ġej, fosthom biex titwaqqaf unjin tad-dwana. Minkejja dan, persuni li jappoġġjaw Brexit qed iħeġġu lill-Prim Ministru Ingliż biex ma tagħmilx dan.

May għandha sat-12 ta’ April li ġej biex tikseb estensjoni għall-perjodu tal-ħruġ biex ikun evitat Brexit mingħajr ftehim.

“L-Ewropa trid tkun lesta għal kull eventwalità, anke jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim”- il-PM

F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.Aqra aktar

Send this to a friend