Brexit – Page 30 – One News

Notifiki

Ryanair vs Brexit

Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.

Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.

Aqra aktar

FITCH: Malta fost l-aktar esposti f’każ ta’ Brexit

Skont l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Fitch, Malta tkun waħda mill-aktar pajjiżi ekonomikament esposti jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

F’analiżi dwar il-futur tar-Renju Unit, jingħad li l-aktar pajjiżi esposti huma l-Irlanda, Malta, il-Belġu, l-Olanda, Ċipru u l-Lussemburgu, li lkoll jesportaw prodotti u servizzi lejn ir-Renju Unit  li jammontaw għal mill-inqas 8% tal-Prodott Domestiku Gross.

Aqra aktar

“Jekk inwarrbu l-Musulmani tkun faċli għall-IS li jirreklutawhom”

Meta l-komunitajiet Ewropej jeskludu lill-Musulmani u jispiċċaw mingħajr impjieg u ħbieb, l-Istat Iżlamiku jaħtaf l-opportunità u juri li qed jissimpatizza magħhom.

Fi kliem Sarah Jayne Gilson, esperta dwar it-terroriżmu qalet ma’ one.com.mt li dawn iwegħduhom ħajja aħjar u joffrulhom impjieg li jħallas tajjeb. Isibuhom iddisprati tant li jispiċċaw jissieħbu magħhom għax ma jkollhomx alternattivi oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend