Brexit – Page 25 – One News

Notifiki

FILMAT: Il-Prim Ministru Malti qabel il-Kunsill Ewropew

Hu u dieħel għal Kunsill Ewropew li qed jiddiskuti Brexit il-Prim Ministru Joseph Muscat li qal li huwa diżappunt li quddiem l-ikbar kriżi politika hija diskussjoni teknika dwar artiklu 50.

“Ma nafx min minn 500 miljun ruħ jaf x’inhu artiklu ħamsin,” qal il-Prim Ministru li tenna li quddiem dan kollu hemm bżonn diskussjoni politika dwar x’wassal għal dan kollu.

Aqra aktar

Kunsill Ewropew Kruċjali

Wara ftit jiem ta’ riflessjoni wara l-vot tar-referendum fir-Renju Unit, li ħasad lill-Ewropa, illum wara nofsinhar il-mexxejja Ewropej se jiltaqgħu fi Brussel għal Kunsill Ewropew kruċjali.

Aqra aktar

153: Il-freephone ta’ BREXIT f’Malta

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi fir-Renju Unit u r-riżultat tar-referendum nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Gvern, kif imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat, se jkun qiegħed jassisti lill-pubbliku fi kwalunkwe diffikultajiet jew mistoqsijiet li jista’ jkollu permezz tal-freephone 153.
Aqra aktar

Allura issa x’se jiġri?

X’se jiġri fil-jiem li ġejjin, issa li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea?

Mistenni jiltaqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji 

Għada l-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji biex jiddiskutu u jniedu proċeduri li jagħmlu parti minn Artiklu ħamsin tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Dan wara li din il-ġimgħa, l-poplu tar-Renju Unit ivvota f’referendum u ddeċieda li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Muscat: Brexit b’tagħlima għal kulħadd

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jemmen li l-Ewropa trid tinża l-arroganza li għandha, l-idea li tagħha biss tajjeb u l-idea li ħaddieħor huwa ħazin.

F’intervista fuq One Radio tkellem dwar kif ivvota l-poplu tar-Renju Unit meta ddeċieda joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-poplu tar-Renju Unit, iżda żied jgħid: “ma naqbilx ma min jgħid li dawn għamlu xi ħaġa ħazina, li dawn ma  jifhmux, li l-Ewropa hija tajba, li l-Ewropa hija perfetta. Mhux vera, l-Ewropa għandha ħafna problemi u għandha ħafna tagħlimiet li għandu jieħu kulħadd.”

Aqra aktar

Gwerra bejn Corbyn u Benn!

Il-Mexxej tal-Lburisti Ingliż Jeremy Corbyn keċċa lil Hilary Benn minn shadow minister għall-affarijiet barranin.

Skont The Observer, wara sitt xhur tensjoni bejniethom, Corbyn neħħa lil Hilary Benn fis-sigħat bikrija ta’ dalgħodu wara telefonata animata bejniethom.

Aqra aktar

Lesti għall-mewġa Brexit, b’kaptan tajjeb – Karm Farrugia

B’għexieren ta’ snin esperjenza fil-qasam ekonomiku warajh, l-ekonomista Karm Farrugia wieġeb bi tbissima meta tlabnieh jikkummenta dwar x’se jkun l-effett tal-Brexit fuq Malta. Dan anke jekk fl-aħħar xhur kull riċerka li saret, inkluż analiżi għall-gazzetta KullĦadd, uriet kif Brexit tfisser sfidi iktar milli opportunitajiet.

Aqra aktar

Juncker donnu mgħaġġel!

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li m’hemm ebda raġuni għaliex wieħed jistenna sa’ Ottubru, meta jinstab Prim Minsitru Ingliż ieħor minflok David Cameron, biex jibdew in-negozjati għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Send this to a friend