Brexit – Page 24 – One News

Notifiki

BREXIT u Malta: “sfida kbira imma mhux qalbna maqtugħha”

Is-suq Ingliż ifisser 30% tas-settur turistiku Malti. Id-djufija tal-isterlina tista’ taffetwa lit-turist Ingliż, għaliex huwa aktar għoli għalih biex jiġi pajjiżna. Iżda għadu kmieni, u din is-sitwazzjoni għandha tistabilizza.

Dan qalu l-Ministru Edward Zammit Lewis waqt seminar tal-MHRA b’reazzjoni għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Busuttil bidel id-diska wara pressjoni interna

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ċeda għall-pressjoni interna u bidel id-diska fuq ir-reazzjoni tal-Prim Ministru għar-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit. Wara li s-Sibt qabbel lill-Prim Ministru ma’ Nigel Farage, fil-Parlament spiċċa qabel mal-Prim Ministru. Id-dettalji fil-filmat.

Aqra aktar

“Idejna fuq il-polz tal-poplu”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wiegħed li dan il-Gvern se jkompli jżomm idejh fuq il-polz tal-poplu.

F’attività politika f’Birkirkara qal li l-Gvern mhux se jistrieħ biss fuq is-suċċessi mwettqa s’issa. Jifhem li għad hawn min għadu lura u li l-ġid mhux jintlaħaq minn kulħadd.

B’referenza għall-baġit li ġej, il-Gvern qal li se jkunu qed jagħti spinta lill-ekonomija u lil dawk li jilfħu lanqas.Aqra aktar

L-istabbiltà ma tiġix mix-xejn

F’dawn l-aħħar jiem wieħed seta’ jħoss iktar kemm deċizjoni żbaljata tista’ ġġib instabbilità kbira f’pajjiż.  Qegħdin ngħixu żminijiet fejn fl-Ewropa ninnotaw pajjiżi li l-ekonomija tagħhom mhix daqshekk stabbli u saħansitra ninnotaw ukoll pajjiżi ġirien fejn hemm beżgħat kbar minħabba attakki terroristiċi li seħħ fuqhom.Aqra aktar

Beda ż-żmien ta’ riflessjoni għall-UE

Il-mexxejja Ewropej kollha qed jifmhu li l-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea trid tinbidel kif qed jinbidlu ċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri.
Id-diskussjoni ma kinitx waħda ewforika, sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat, f’ konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemm il-Kunsill Ewropew, li saħansitra iddeskriva d-diskussjoni tal-bieraħ filgħaxija bħala waħda mill-iktar diskusjsonijiet Ewropej proattivi.

“Ebda theddida magħrufa għal Malta” – Joseph Muscat

Mexxejja Ewropej qed jiltaqgħu llum f’dak li huwa meqjus summit ta’ kriżi fi Brussell, din id-darba mingħajr il-preżenza ta’ David Cameron.

F’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Minsitru Joseph Muscat kien mistoqsi dwar is-sigurtà u l-fatt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew is-sena d-dieħla. Stqarr li filwaqt li ħadd m’hu eżentat mill-periklu, l-informazzjoni li qed tasal min-naħa tas-servizzi sigrieti Maltin ma tindika ebda attivtà li tista’ tkun ta’ periklu għal Malta.

Aqra aktar

Ir-Renju Unit jingħata sa’ Settembru biex jibda n-negozjati

“Biex tiddiskuti madwar mejda, għandek bżonn żewġ naħat li jafu xi jridu. In-naħa Ingliża mgħandix l-iċken idea f’ dan il-mument ta’ x’ arranġament trid mal-Unjoni Ewropea.”

Kien għalhekk li l-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu xagħrejn ċans biex il-Gvern Ingliż, immexxi mis-suċċessur ta’ David Cameron, jiddeċiedi x’hini t-triq ‘il quddiem.Aqra aktar

Send this to a friend