Brexit – Page 22 – One News

Notifiki

Alfred Sant: l-għażla ta’ Trump se taffetwa Brexit

L-Ewroparlamentari Alfred Sant qal li minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex fl-Ewropa, it-ton prevalenti fl-Unjoni Ewropea huwa kif l-Unjoni tiġi integrata aktar biex jiġi evitat it-tieni Brexit minħabba li dan huwa perikoluż ħafna.

“Dawk li qed jitkellmu favur Ewropa Federali għandhom jikkonsolidaw dak li nkiseb sa issa,” wissa l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant waqt Konferenza dwar il-Brexit, lejlet il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea.   

Aqra aktar

Farage iwissi: jew Brexit, jew jaf ikun hemm vjolenza fit-toroq

Nigel Farage wissa li jista’ jkun hemm vjolenza fit-toroq Ingliżi jekk Brexit ma jseħħx.

Huwa kien qed jiddibatti ma’ Gina Miller fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi. Miller, li qed tmexxi l-battalja legali kontra Brexit, insistiet li l-mexxej tal-Ukip messu jkun l-ikbar ‘fan’ tagħha għax il-każ li ressqet quddiem il-Qorti Suprema wassal biex il-poter reġa mar lura għand il-Parlament.

Iżda Faraga weġibha billi qal li jaf ikun hemm min jinżel fit-toroq f’rabja jekk ma jkunux implimentati x-xewqat ta’ dak li l-poplu ivvota għalih. “Liema parti mill-kelma ‘itlaq’ ma tifhimx?” saqsiha, meta fl-isfond hemm il-possibiltà legali li l-pjan li tixtieq twettaq Theresa May ikun imxekkel.

 

BREXIT se jikkomplika ruħu

L-ogħla Qorti f’Londra ddeċidiet li l-Prim Ministru Theresa May għandha titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.
Aqra aktar

Brexit jista’ jkun imblokkat kompletament…

L-ogħla qorti f’Londra minn hawn u ftit sigħat oħra mistennija tagħti d-deċizjoni tagħha jekk il-Prim Ministru Theresa May tridx titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.

Għadd ta’ ċittadini li ma jaqblux li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-unjoni, talbu l-qorti tiddeċiedi jekk May tistax tapplika l-Artiklu 50, il-mekkaniżmu formali għat-tluq, qabel l-aħħar ta’ Marzu.

Jekk il-qorti taqtagħha kontra May, ikunu l-Membri Parlamentari Ingliżi li jiddeċiedu meta jiskatta dan il-mekkaniżmu u dan jista’ jwassal għal dewmien jew saħansitra jimblokka l-Brexit kompletament.

“Ma nħottux pontijiet”

Id-deputat Prim Ministru Louis Grech qal li sa issa ħadd ma jaf x’se tkun il-bażi tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit biex dawn joħorġu mill-Unjoni. Li hu magħruf hu li f’nofs il-presidenza Maltija, l-Ingliżi mistennija jattivaw Artiklu 50 tat-Trattat.

Meta kien qed jagħlaq id-diskussjoni dwar il-voti tal-ministeru tiegħu, il-Ministru Grech qal li għada stess se jkollu laqgħat  man-negozjatur ewlieni Michel Barnier f’Malta.

Aqra aktar

“Malta imnalla ħsibna għal rasna”

X’jistenna minn Brexit? X’jaħseb mill-fatt li d-dewmien biex jiskatta Artiklu 50, li jara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni  Ewropea, qed jikkawża frustrazzjoni fost pajjiżi Ewropej?

Mistoqsijiet li wieġeb għalihom il-Prim Ministru Joseph Muscat, li jinsab Brussell għal Summit Ewropew li fih se jiġu diskussi wkoll is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-kummerċ u l-imigrazzjoni.

“Ma ntihomx tort” sostna l-Prim Ministru dwar id-dewmien tal-Ingliżi fin-negozjati, filwaqt li qal li mhix sorpriża li żmien il-presidenza ta’ Malta se tinzerta fl-istess żmien ta’ avvenimenti li jaf ibiddlu l-Ewropa kif nafuha, b’elezzjonijet f’pajjiżi kbar bħal Franza u l-Ġermanja. “Qed tistenniena xi ħaġa li aħna lesti li nagħmluha…piż li lesti nerfgħu” sostna Joseph Muscat.

Aqra aktar

Ħasla lil Theresa May minn tifla ta’ ħames snin

Tifla ta’ ħames snin bl-isem ta’ Brooke Blair qiegħda ddur fuq l-internet permezz ta’ filmat li fih tidher tirrabja mhux ħażin mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Fil-filmat, li rawh l-eluf fuq YouTube, Brooke tindirizza lil May direttament. “Jisimni Brooke Blair, għandi ħames snin u għandi xi ħaġa xi ngħidlek” tibda l-indirizz tagħha, filwaqt li tgħidilha li għandha tieħu ħsieb l-ammont ta’ persuni foqra li tiltaqa’ magħhom.

Fost il-kummenti dwar il-filmat, hemm min jemmen li t-tifla tista’ tkun qiegħda tintuża għal skopijiet politiċi – ħaġa li ommha Holly Matthews tinsisti li mhux minnu. Qalet iżda li bintha timpressjona ħafna ruħha meta tara persuni mingħajr saqaf fuq rashom.

Aqra aktar

Send this to a friend