Brexit | One News - Part 20

Notifiki

Ħasla lil Theresa May minn tifla ta’ ħames snin

Tifla ta’ ħames snin bl-isem ta’ Brooke Blair qiegħda ddur fuq l-internet permezz ta’ filmat li fih tidher tirrabja mhux ħażin mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Fil-filmat, li rawh l-eluf fuq YouTube, Brooke tindirizza lil May direttament. “Jisimni Brooke Blair, għandi ħames snin u għandi xi ħaġa xi ngħidlek” tibda l-indirizz tagħha, filwaqt li tgħidilha li għandha tieħu ħsieb l-ammont ta’ persuni foqra li tiltaqa’ magħhom.

Fost il-kummenti dwar il-filmat, hemm min jemmen li t-tifla tista’ tkun qiegħda tintuża għal skopijiet politiċi – ħaġa li ommha Holly Matthews tinsisti li mhux minnu. Qalet iżda li bintha timpressjona ħafna ruħha meta tara persuni mingħajr saqaf fuq rashom.

Aqra aktar

Il-PM sod fil-pożizzjoni tiegħu – intervistat minn Politico f’Kastilja

Ir-Renju Unit għandu ftit ċans li tgħaddi tiegħu fin-negozjati dwar Brexit. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien kwotat jgħid dan  mill-ġurnal Politico.

Kliem Joseph Muscat jingħata ħafna importanza hekk kif pajjiżna se jkollu l-presidenza tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tal-2017, meta l-Prim Ministru Theresa May bi ħsiebha tmexxi l-implimentazzjoni ta’ Artiklu 50, li jara s-separazzjoni tar-Renju Unit.

“L-Ingliżi għandhom jistennew il-format li jkunu simili dak li ġara fil-każ tal-Greċja” qal Muscat f’intervista ma’ Politico f’Kastilja, b’referenza għal dak li ġara fin-negozjati marbuta ma’ bailout Grieg fl-2015.

Muscat saħaq li anke l-aktar pajjiżi pro-Renju Unit; l-Olanda, l-Estonia u l-Irlanda, jemmnu li ma tistax toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr riperkussjonijiet. Politico osserva li l-implikazzjoni li s-27 mexxej Ewropew mhux se jħalli Brexit jgħaddi bħal żiffa huwa inidikazzjoni ta’ dawk li jidhru li se jkunu negozjati twal ħafna.

Aqra aktar

Sky News ikellem lil Joseph Muscat dwar Brexit

Il-Prim Ministru Malti kien ikkowotat minn Sky News wara intervista mal-ġurnalist u editur politiku Faisal Islam.

F’artiklu fil-ġurnal elettroniku tal-istess aġenzija ewlenija tal-aħbarijiet, Joseph Muscat kien kwotat jgħid li l-ftehim li issa se jintlaħaq bejn l-Ewropa u r-Renju Unit se jkun inferjuri għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.

screen-shot-2016-09-21-at-10-31-13

Aqra aktar

Il-proċess ‘Brexit’ se jsir waqt il-presidenza tagħna?

Ir-Renju Unit possibilment se jinvoka Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona bejn Jannar u Frar tas-sena li jmiss, ċioe matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2017.

Dan qalu l-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk waqt summit informali li għaddej bħalissa fi Bratislava. Dan is-Summit qed jara 27, minflok 28 kap ta’ membru stat madwar il-mejda tad-diskussjoni.

Aqra aktar

Il-viżjoni wara Brexit

L-iktar mexxejja Ewropej b’saħħithom tkellmu dwar il-viżjoni tagħhom għal Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit.

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi laqa lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u lill-President Franċiż Francois Hollande fil-gżira Ventotene viċin Napli.

Il-mexxejja ltaqgħu hekk kif is-sens ta’ ewroxettiċiżmu fl-Unjoni Ewropea qiegħed dejjem jikber, filwaqt li tibqa għaddejja l-kriżi tal-immigrazzjoni u dik ekonomika.

Renzi qal li jixtieq jikteb kapitlu għall-futur li jkun iffukat fuq id-difiża komuni, sigurta u tkabbir ekonomiku, speċjalment billi jkun indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Aqra aktar

Wara Brexit iktar opportunitajiet għall-ispiżjara

Sa mill-bidu, pajjiżna kien lest ibiddel x-xenarju Brexit f’opportunitajiet, u l-qasam tal-farmaċewtika mhux eċċezzjoni.

Il-fergħa Maltija tal-kumpanija Aurobindo se tespandi u tilqa’ dipartiment tal-ħarsien tal-mediċini wara li jitpoġġew fuq is-suq, li s’issa kien stabbilit fir-Renju Unit u li bħalu f’ pajjiżna mhawnx. Aqra aktar

Send this to a friend