Brexit – Page 2 – One News

Notifiki

‘Iva’ jew ‘le’ għall-ftehim ta’ Johnson

Il-Parlament Ingliż irid jingħata vot ċar dwar il-ftehim Brexit li ntleħaq il-ġimgħa l-oħra bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, iżda, li l-membri parlamentari Ingliżi rrufjutaw f’vot li ttieħed is-Sibt li għadda. Filwaqt li l-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, kien sfurzat jibgħat ittra, li rrifjuta li jiffirma, sabiex jitlob lill-Unjoni Ewropea għall-estensjoni dwar il-ftehim ġdid ta’ Brexit. Aqra aktar

Il-ftehim Brexit: Diffiċli imma possibbli

Il-Kap għan-negozjati fl-Unjoni Ewropea, Michel Barnier, jaħseb li il-ftehim dwar Brexit huwa diffiċili imma xorta possibbli li jintlaħaq din il-ġimgħa. Barnier qal li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom iridu jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni tad-dwana fl-Irlanda ta’ Fuq. U li qed jaħdmu dwar soluzzjoni li timplika li l-kontroll fuq il-merkanzija ssir barra mill-gżira tal-Irlanda u li b’xi mod timxi skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Aqra aktar

Send this to a friend