Brexit | One News - Part 13

Notifiki

L-Ingilterra ma tistax taċċetta l-proposta dwar Brexit mill-UE – Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li proposta tal-Unjoni Ewropea għall-Irlanda ta’ Fuq thedded l-integrita kostituzzjonali tar-Renju Unit.

Il-qbil legali li għadu mhux finalizzat ippublikat mill-Unjoni Ewropea jipproponi żona regolatorja komuni fuq il-gżira tal-Irlanda wara Brexit, ġaladarba ma jinstabux soluzzjonijiet.

L-Unjoni Ewropea qalet li din il-proposta mhix intenzjonata biex tipprovoka lir-Renju Unit, bin-negozjatur ewlieni Michel Barnier isejjaħ lir-Renju Unit biex joħroġ b’alternattivi.

Sostna li dak miktub fid-dokument kien jikkonsist minn dak li kien maqbul s’issa, filwaqt li kellu soluzzjonijiet konkreti u realistiċi fuq kif se tkun evitata fruntiera fiżika hekk kif ir-Renju Unit jitlaq mill-unjoni doganali.

Tasal fi tmiemha t-tieni fażi ta’ negozjati tal-Brexit

Ġiet fi tmiemha t-tieni fażi tan-negozjati Brexit.

It-tieni sensiela ta’ direttivi li ġew innegozjati ġew addottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li għalih attendiet il-Ministru Malti għall-Affarijiet Ewropej, Helena Dalli.

It-tieni sett ta’ direttivi jitkellmu dwar it-tranżizzjoni u r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara li jseħħ Brexit.

Dan jibni fuq l-ewwel sett ta’ direttivi li kienu dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, il-ftehim finanzjarju u l-kwistjoni tal-Irlanda.

Il-Ministru Dalli saħqet li l-pożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ċertu kwistjonijiet għandha tkun flessibbli, speċjalment meta l-pożizzjoni tar-Renju Unit ma kinitx ikkomunikata formalment, fosthom fuq kwistjonijiet dwar is-servizzi, is-servizzi finanzjarji u l-mobilità taċ-ċittadini.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jaddotta linji gwida oħra f’Marzu li ġej.

Dan filwaqt li t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jseħħ fid-disgħa u għoxrin ta’ Marzu tas-sena d-dieħla, wara perjodu tranżitorju ta’ wieħed u għoxrin xahar.

L-ekonomija Ingliża ser tintlaqat żgur

L-ekonomija tar-Renju Unit ser tikber aktar bil-mod, ġaladarba, barra l-Unjoni Ewropea, irrelattivament minn x’ser ikun il-ftehim ma’ Brussell. Dan qed ikun suġġerit f’dokument kunfidenzjali tal-gvern.

L-analiżi tal-Whitehall sabet li t-tkabbir fil-ħmistax-il sena li ġejjin jista’ jkun sa’ tmienja fil-mija inqas, milli kieku r-Renju Unit baqa’ fl-Unjoni Ewropea.

Sorsi tal-gvern qalu li r-Renju Unit mhux ser ikun agħar. Sadanittant, is-segretarju tal-kummerċ internazzjonali, Liam Fox qal li wħud minn dawk li kkampanjaw għat-tluq, issa jridu jaċċettaw li mhux mhux ser jiksbu l-viżjoni tagħhom dwar Brexit.

Theresa May mistennija tikser is-skiet dwar Brexit bi proposta ta’ deal għal sentejn

F’diskors importanti li se tkun qed tagħmel f’Firenze llum il-Ġimgħa, il-Prim Ministru Ngliża hija mistennija toffri soluzzjonjiet ġodda biex tissolva l-kwistjoni tal-Brexit.

Skont sorsi rilaxxati qabel d-diskors tagħha, hija mistennija tipproponi ftehim ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn, li jibda minn wara li r-Renju Unit uffiċjalment iħalli l-blokka ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Issemmiet ukoll is-somma ta’ għoxrin biljun ewro, li mistennija tkun offerta biex ikun kopert it-telf ta’ fondi li se ssofri l-Unjoni Ewropea bil-ħruġ tar-Renju Unit.

Hija mistennija tgħid li ftehim finali ta’ suċċess huwa fl-interess mhux biss tar-Renju Unit iżda wkoll tal-bqija tal-pajjiżi tal-UE.

“Jekk jirnexxielna nagħmlu dan, allura meta jinkiteb dan il-kapitlu tal-istorja Ewropea mhux se nkunu mfakkra għad-differenzi li ffaċċjajna, imma għall-viżjoni li urejna, mhux għall-isfidi li ġarrabna imma għall-kreattività li użajna biex negħlbuhom, mhux għal relazzjoni li spiċċat iżda għal sħubija ġdida li bdiet. ”

Ir-raba’ rawnd ta’ negozjati għall-Brexit mistenni jibda fil-25 ta’ Settembru li ġej, bir-Renju Unit mistenni jħalli l-UE f’Marzu 2019.

Send this to a friend