Brexit | One News - Part 12

Notifiki

Il-PM jgħid li l-Mexxejja Ewropej huma “kważi unanimi” dwar it-tieni vot dwar Brexit

Diversi rapporti fil-midja Ewropea qed jikkwotaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat li f’intervista lil BBC Radio 4 qal lil-mexxejja Ewropej huma kważi unanimi dwar it-tieni vot dwar Brexit.

“Aħna rridu li jiġri dak li hu kważi impossibbli, li r-Renju Unit ikollu referendum ieħor”, qal il-Prim Ministru Muscat ftit tal-ħin ilu. Il-mexxejja Ewropej issa qed jgħidu li r-Renju Unit għadu fiċ-ċans li jerġa’ jersaq quddiem il-poplu Brittaniku u jħallih jiddeċiedi għal darb’oħra.Aqra aktar

Bil-Filmat: Il-PM b’dikjarazzjonijiet ċari dwar Brexit

F’kummenti lill-midja Ingliża lbieraħ waqt l-ewwel sessjoni tas-summit informali f’Salżburgu, il-Prim Minstru Joseph Muscat kien ċar dwar il-kwistjoni Brexit. L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit jinsabu fit-triq it-tajba biex ikun hemm ftehim tajjeb għaż-żewġ partijiet dwar id-deċiżjoni li ħa l-poplu Ingliż lura f’Ġunju 2016. Aqra aktar

Ċans ta’ referendum ieħor dwar Brexit jekk il-pjan ta’ Theresa May ifalli

Ministru Ingliż qal li jekk l-Unjoni Ewropea ma taċċettax il-pjan ta’ Theresa May dwar Brexit, hemm ċans li jsir referendum ieħor dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Dan il-pjan mistenni jkun diskuss għada waqt summit informali bejn il-mexxejja Ewropej dwar Brexit u l-kwisjotni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa. Summit li għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.Aqra aktar

Forsi tiġiha waħda tajba

Tul is-summit Ewropew li se jsir għada f’Salżburgu, fl-Awstrija, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tipprova ssib l-armonija bżonnjuża fin-negozjati Brexit. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.

Lejlet dan is-summit informali, il-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier qal li jista jkun li sab soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Soluzzjoni li żgur se tinżel tajjeb ma’ May, li fl-aħħar jiem affaċċjat kritika qalila minħabba l-famuż ftehim Chequers li ma niżel xejn tajjeb mal-poplu Ingliż.Aqra aktar

“Jew li ngħid jien, jew xejn”

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jkolhom għażla sempliċi dwar in-negozjati Brexit, jew li tgħid hi, jew xejn.

F’kummenti mal-midja Ingliża, May kellha kritika qawwija għal pjani minn dawk li jappoġġjaw Brexit biex tkun solvuta l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Dan wara li l-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskrivi l-fatt li din il-kwistjoni ma kinitx solvuta, u l-pjani ta’ May għal Brexit, bħala att suwiċidali għar-Renju Unit. Aqra aktar

Komplott biex Theresa May titneħħa minn PM tar-Renju Unit

Membri Parlamentari Ingliżi mill-Partit Konservattiv qed jiddiskutu diversi possibiltajiet ta’ kif Theresa May għandha titneħħa minn Prim Ministru.

Sorsi qrib l-istazzjon tal-aħbarijiet Sky qalu li madwar 50 membru tal-Partit Konservattiv qed ikollhom laqgħat sigrieti biex ikun diskuss kif May tista’ tinqala’ darba għal dejjem minn Downing Street.Aqra aktar

“Att suwiċidali”

L-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskriva l-pjan ta’ Theresa May għal Brexit bħala att suwiċidali fuq ir-Renju Unit, għaliex qed tħalli f’idejn Brussell għan-negozjati.Aqra aktar

Send this to a friend