Brexit | One News - Part 10

Notifiki

Alfred Sant jiddiskuti Brexit mal-Ministru Ingliż Brandon Lewis

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli dwar in-negozjati tal-Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Brandon Lewis huwa Ministru Bla Portafoll tal-Gvern Brittaniku u huwa responsabbli għat-tħejjija u l-leġislazzjoni dwar il-Brexit għall-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru Theresa May.Aqra aktar

L-MPE Marlene Mizzi ser tmexxi n-negozjati marbutin ma’ Brexit

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi se tmexxi n-negozjati bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ u s-sikurezza tal-karozzi, vetturi u prodotti relatati wara Brexit. Sussegwentement din il-leġiżlazzjoni tiġi inkorporata fin-negozjati attwali bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fl-2019.

Il-leġiżlazzjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda xkiel fl-industrija tal-karozzi, li hija attur ekonomiku qawwi kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit, u telf konsegwenzjali ta’ impjiegi, filwaqt li ċ-ċittadini jkunu assigurati bl-istandards tas-sigurtà tal-UE.
Aqra aktar

“Jien hawn se nibqa'”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May “se tibqa’ hawn” minkejja l-baraxx ta’ kritika li qalgħet ilbieraħ f’Westminster mill-Membri Parlamentari Konservattivi. May indirizzat il-Parlament Ingliż bit-tama li tgħaqqad lit-tim tagħha biex turi li qed tmexxi partit magħqud fid-dawl tan-negozjati Brexit. Aqra aktar

“Għad m’hemmx konklużjonijiet dwar Brexit minkejja li ż-żmien qed jagħfas”- il-PM

Waqt li kien qed jikkumenta waqt is-Summit tal-Mexxeja Ewropej fi Brussel, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa mhux se jidħol fl-ispekulazzjonijiet jekk hux se jsir Summit Ewropew f’Novembru jew le. Il-Prim Ministru Muscat qal li l-Ewropa u r-Renju Unit għadhom ma wasslux għal ftehim minħabba l-bżonn ta’ assigurazzjoni dwar dak li se jiġri rigward l-Irlanda. Aqra aktar

Send this to a friend