brazil – One News

Notifiki

Vanessa Frazer tingħata l-ogħla rikonoxximent mill-Brazil

F’ritratt li telgħet fuq il-midja soċjali Vanessa Frazer; l-ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja esprimiet is-sodisfazzjon tagħha meta rċeviet l-ogħla unur tal-Brazil fejn ingħatat it-titlu ta’ Dama di Gran Croce fl-Ordni ta’ Rio de Branco.

Dan ġie mogħti lilha bħala rikonoxximent għall-ħidma li wettqet biex ġiet ikkordinata evakwazzjoni ta’ madwar 3,000 Brażiljan mil-Libja kif ukoll riċentament, għenet fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Brażil.

ONE NEWS jawgura l-isbaħ xewqat lill-Ambaxxatriċi Maltija Vanessa Frazer.

ARA: Persuna mejta wara li kkollossa bini

 

Minn tal-anqas persuna waħda mietet waqt operazzjoni tas-salvataġġ wara li binja ta’ 26 sular ġġarfet fil-Brażil.

L-inċident seħħ f’ Sao Paolo, waħda mill-akbar bliet tal-Brazil, fejn hu mifhum li nar li ġie kkawżat minn ħruġ ta’ gass ikkawża splużjoni. Persuni li kienu fuq il-post iddeskrivew ix-xena bħala waħda kerha ħafna, tant li l-periklu beda jeskala fi ftit sekondi.

Sabiex ġie kkontrollat in-nar, tmexxiet operazzjoni minn grupp ta’ 150 pumpiera li skond l-ewwel informazzjoni li kisbu mill-bini, qed jaħsbu li jista jkun hemm għadd kbir ta’ persuni maqbuda, li aktarx tilfu ħajjithom.

Uffiċjali tal-Gvern Brażiljani qalu li sa issa hemm iżjed minn 50 familja affetwati minn dan l-inċident.

Send this to a friend