


Bowling: Suċċess għal żewġ żgħażagħ Maltin fil-‘JIC Sinjoor Youth Tournament’ fil-Belġju

Mark Spiteri jirbaħ il-midalja tal-bronż f’kampjonat tal-Bowling f’Las Vegas
Riultat pożittiv mill-Bowling hekk kif il-bowler Malti Mark Spiteri spiċċa fit-tielet post fl-ewwel fażi tal-kampjonati tad-dinja għall-veterani li qed isiru f’Las Vegas l-Istati Uniti. Aqra aktar

Raquel Xuereb u Albert Borg jirbħu s-Silver Cup fil-bowling
Raquel Xuereb iddominat din il-kompetizzjoni mil-bidu sa l-aħħar hekk kif wara li kkwalifikat fl-ewwel post, spiċċat fl-ewwel post wara r-rawnd Robinfejn tilfet biss kontra ż-żagħzugħa ta’ 13-il sena, Kathryn Fenech. Aqra aktar

Malta se tospita l-Kampjonat Mediterranju tal-bowling f’April li ġej
Malta se tospita t-22 edizzjoni tal-Kampjonat Mediterranju tal-Bowling. Fl-ewwel ta’ April se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ bil-kampjonat jibda l-għada u jintemm fis-sitta ta’ April bil-Masters. Malta se tkun qed tiġi rrappreżentata minn Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi u Justin Caruana Scicluna. Caruana Scicluna se jkun qed jiddefendi l-medalja tad-deheb li rebaħ is-sena l-oħra. Sue Abela hija l-unika parteċipanta li ħadet sehem fl-edizzjonijiet kollha.Aqra aktar

Deheb għat-tim tal-Bowling Malti tal-Youths fil-British Open
Nhar il-Ħadd 15 ta’ Lulju t-team Malti tal-Youths rebaħ il-medalja tad-deheb f’team event organizzat għall-ewwel darba mill-British Tenpin Bowling Association fil-Margate Bowling Centre ta’ Kent fl-Ingilterra.

Jintgħażel it-tim nazzjonali għall-kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran
Il-Malta Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss. Il-kampjonati jsiru kull sena f’April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta’ 4 bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa.
Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir-rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna. L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f’dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta’ diversi medalji fil-passat. Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta’ 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f’dawn il-kampjonati.
It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil-quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b’rebħ ta’ 39 medalji tad-deheb f’għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna.
L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija.

Aktar sportivi Maltin jiksbu l-unuri
- 2 deheb, 1 fidda u 2 bronż għal pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran tal-Bowling
It-team tal-bowling li rrapreżenta lil pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran li sar fis-Slovenja, rebaħ żewġ midalji tad-deheb, waħda tal-fidda, u tnejn tal-bronż.

Pajjiżna b’suċċess kbir fil-bowling
- 3 deheb u 6 bronż mirbuħa minn pajjiżna fis-‘Small Nations Cup’ tal-‘bowling’
It-team Malti tal-bowling kiseb suċċess fl-ewwel edizzjoni tas-Small Nations Cup li saret f’San Marino.
Malta rnexxielha tirbaħ tliet midalji tad-deheb u sitta tal-bronż. It-team rebaħ il-Mixed Team Event wara li fil-finali għeleb lil Ċipru. Sue Abela u Justin Caruana Scicluna rnexxielhom jirbħu l-midalja tad-deheb fil-Mixed Doubles.

“Tħares qatt lejn l-iskor ta’ ħaddieħor!” – Tiziana Carannante
Isem Tiziana Carannante sar familjari ma’ dilettanti sportivi. F’Novembru rrapportajna li rebħet midalja tad-deheb storika waqt il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth.
Ftit tal-ġimgħat ilu kienet waħda mir-rebbieħa prinċipali fi Sport Malta Awards. Hija rebħet l-unur Sportiva tas-Sena. L-isport li tispeċjalizza fih mhux komuni daqs kemm, ngħidu aħna, hu l-futbol. Ġietna kurżità għalhekk nitkellmu ma’ Tiziana.