BOV – One News

Notifiki

L-MFSA tinnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta

F’kumment esklussiv ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, Joseph Cuschieri nnota s-saħħa tas-settur bankarju f’Malta, jum wara ċ-ċertifikat tal-aġenzija internazzjonali tal-kreditu, Standard and Poor’s.

Cuschieri saħaq li dan is-settur għaddej minn tkabbir, u l-MFSA tagħmel diskussjonijiet regolari mal-banek kollha ta’ Malta biex tassigura futur sostenibbli għas-settur. Aqra aktar

Riżultati pożittivi għall-Bank of Valletta sa issa fl-2018

Il-Bank of Valletta ħabbar ir-riżultati tiegħu għall-ewwel sitt xhur tas-sena li għalqu fit-30 ta’ Ġunju. Il-profitt qabel il-provvedimenti għal-litigazzjoni jammonta għal €88.5 miljuni, li huwa 30% ogħla mis-€67.8 miljuni rreġistrati għall-istess perjodu s-sena l-oħra, u fil-fatt huwa l-ogħla profitt għal nofs is-sena li qatt ġie rrapportat mill-Grupp. Il-Grupp irreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ €13.5 miljuni, wara li għaraf provvediment għal-litigazzjoni ta’ €75 miljun.  Aqra aktar

Każ Deiulemar: Ebda assi ma ġew issekwestrati fil-konfront tal-BOV

Ebda assi tal-Bank of Valletta ma ġew sekwestrati jew konfiskati b’rabta mal-każ tad-Deiulemar fl-Italja.  Preżentament, il-Bank of Valletta qed jappella mid-deċiżjoni li tat il-Qorti ta’ Torre Annunziata li ħarġet mandat ta’ sekwestru kawtelatorju ta’ €363 miljun ewro fil-konfront tal-istess bank; dan wara li saret talba mil-likwidaturi tal-kumpanija falluta tat-tbaħħir Deiulemar u rapreżentanti ta’ 13,000 azzjonist. Aqra aktar

ADRIAN DELIA B’€713,356 F’SELF MAL-BANEK

Id-dikjarazzjoni tal-assi fil-Parlament, tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia żvelat ammont sostanzjali ta’ djun li jlaħħqu s-seba’ mija u tlettax-il elf, tliet mija u sitta u ħamsin ewro.

Mill-informazzjoni maħruġa, rriżulta li Delia għandu b’kollox sitt loans ma’ banek lokali: wieħed mal-Bank of Valletta, tnejn mal-Banif li huma ‘home loans’, self ieħor mal-Banif, ‘home loan’ ieħor mal-HSBC u self ieħor mal-HSBC.

€24,742 – LOAN MAL-BOV

€30,347 U €70,216 – ŻEWĠ ‘HOME’ LOANS MAL-BANIF

€19,051 – LOAN MAL-BANIF

€508,000 – ‘HOME’ LOAN MAL-HSBC

€61,000 – LOAN MAL-HSBC

TOTAL TA’ €713.356

Din id-dikjarazzjoni wasslet f’mument li għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda jħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa meta kien iddaħħal aktar minn mitejn ewro fis-siegħa.

Dan hekk żvelat minn investigazzjoni li għamlet il-gazzetta Kullħadd, fejn irrizulta li miż-żmien li qal li m’għandux cash flow sa meta għamel dan il-pagament lil tat-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa dovuta.

Fl-istess dikjarazzjoni tal-assi, rriżulta li mart, Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, għandha sitta u għoxrin elf u wieħed u disgħin ewro fi tfaddil fil-Bank of Valletta.

Adrian Delia ddikjara fil-Parlament li l-propjeta’ li għandu, li tinkludi r-residenza tiegħu u dik li tmiss magħha fis-Siġġiewi, inxtraw minn martu.

Huwa għandu wkoll għalqa fir-Rabat għall-użu tal-familja, li wkoll kienet mixtrija minn martu.

Fil-preżent, Delia għandu ishma f’erba’ kumpaniji.

L-ISHMA TA’ DELIA

5,400 SEHEM F’AEQUITAS MANAGEMENT LTD.

6,750 F’ AEQUITAS TRUST AND FIDUCIARY LTD.

300 F’EVOLVE CONSULTANCY LTD.

45 FI MGARR DEVELOPMENT LTD.

Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju.  Dikjarazzjoni li kien għamel meta kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari b’rabta man-negozju. F’waħda mill-intervisti huwa kien saħansitra ddikajra li kien se jbigħ l-ishma tiegħ  f’dawn il-kumpanii b’mod assolut hekk kif jieħu t-tmexxija tal-partit.

Send this to a friend