Borża ta' Malta | One News

Notifiki

Lejn Borża ta’ Malta aktar kompetittiva

Il-Borża ta’ Malta minn dejjem kienet waħda ta’ suċċess u li ħalliet il-profitti madankollu qatt ma kkompetiet fis-swieq internazzjonali.

Dan jista’ jkun minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna, iżda fuq nett ta’ pjan ta’ riforma li żvelat is-sena l-oħra kien hemm li din tibda’ tħabbatha ma’ wħud mill-aqwa boroż fl-Ewropa.

Kien għalhekk li propju introduċiet suq ġdid, dak tal-‘Institutional Financial Securities Market’.

Aqra aktar

Bidliet oħra din is-sena – fis-Sisa u fuq il-Borża

Bidliet fis-Sisa

It-toiletries se jidħlu fir-reġim tas-sisa min issa. Meta tħabbar il-baġit għal din is-sena, il-Gvern qal li din is-sistema se tkun aktar ġusta kemm mil-lat ambjentali kif ukoll minn dak kummerċjali, għax it-taxxa relattivament żgħira se tkun applikabbli fuq il-volum tal-prodott fuq make up, fwieħa u prodotti tax-xagħar. Dan ma jgħoddx għal prodotti essenzjali bħad-deterġenti.

It-travi u l-istrutturi tal-ħadid, il-vireg, ix-xibka, il-folji tal-ħġieġ użati fil-kostruzzjoni u l-madum se jkunu soġġetti għas-sisa.

Aqra aktar

Il-Borża ta’ Malta bis-6 l-akbar tkabbir fid-dinja

B’żieda ta’ 3% fuq is-sena ta’ qabel, il-Borża ta’ Malta għalqet l-2015 bis-sitt l-akbar tkabbir fid-dinja, meta mqabbla ma’ swieq oħra internazzjonali.

Dan ikkonfermah iċ-ċermen tal-Borża ta’ Malta, Joseph Portelli, f’kummenti ma’ ONE News, jiem wara din l-entità ewlenija ċċelebrat il-25 anniversarju.

25 sena wara, il-Borża ta’ Malta tgħodd ‘il fuq minn 75 elf kont, b’ismijiet stabbiliti jużawha bħala pjattaforma kruċjali fl-operat tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend