Bormla | One News - Part 5

Notifiki

Proġett ġdid li minnu se tibbenefika l-komunità Bormliża

Se jkunu qed jinbnew 70 appartament ġdid u kif ukoll 115-il garaxx li parti minnhom se jkunu għall-użu tal-komunità. Tħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet mtella’ mill-Ministru Michael Farrugia quddiem binja fi stat ta’ abbandun f’Bormla li se tkun qed terġa’ tingħata l-ħajja permezz ta’ proġett ġdid.

Hu spjega kif se jkun qed jinbeda proġett ta’ bini ta’ madwar 400 unit ieħor, biex b’hekk fil-ħames snin li ġejjin se jkunu nbnew ‘il fuq minn 1,000 unit.

Farrugia sostna li jinsabu kburin li f’dan il-proġett se jinkludu wkoll faċilitajiet li ġew mitluba mill-komunità Bormliża. Fil-fatt għall-ewwel darba f’Malta dan il-proġett se jinkludi  fih ukoll faċilitajiet soċjali, spazji miftuħa, se ssir riċiklaġġ ta’ ċertu materjal mill-binja eżistenti, konservar ta’ mina storika, se tonqos b’24% il-massa ta’ bini u se jinħoloq spazju miftuħ, kif ukoll il-bini ta’ 70 appartament u 115-il garaxx.

Permezz ta’ diskussjonijiet ma’ NGO’s saru tibdiliet fil-proġett sabiex jiġu rrispettati wkoll siti ta’ wirt storiku.

Aqra aktar

Proġetti li taw nifs ġdid lill-Kottonera

F’dawn l-erba’ snin il-gvern żamm mal-wegħda tiegħu u wettaq għadd ta’ proġetti li taw nifs ġdid lill-Kottonera .

Kullana ta’ proġetti li dettalji dwarhom tahom il-Ministru għall-infrastruttura Joe Mizzi .

Proġett li biddel u sebaħ iz-zona ta’ Bormla huwa dak tal-Baċir Numru wieħed. Proġett li taħt gvern preċedenti baqa’ nofs leħja. Izda Gvern ġdid żamm mal-wegħda tiegħu u Baċir Numru Wieħed inbidel f’zona mill-isbaħ ta’ rikreazzjoni.

Issa biex ikompli jingħata l-ħajja għaddejja l-ħidma fuq l-Università Amerikana.

F’Bormla saru għadd ta’ proġetti oħra fosthom  it-tisbiħ u riabilitazzjoni ta’ Xatt ir-Riżq, xogħlijiet fil-ġnien ta’ San Ġwann t’Għuxa  u xoghlijiet fil-housing tal-Verdala. Saru wkoll interventi fuq għadd ta’ toroq, u xogħlijiet ta’ restawr  fosthom fuq il-faċċati tal-knisja ta’ Santa Tereża u l-Knisja parrokkjali.

Aqra aktar

L-Irxoxt jintlaqa’ biċ-ċapċip fil-Kottonera

Dalgħodu fil-Kottonera saru tliet purċissjonijiet tal-Irxoxt fil-Birgu, Bormla u l-Isla. Madankollu, din is-sena se tiżdied ukoll dik tal-Kalkara li se toħroġ llejla mis-Sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp. F’Ħadd il-Għid il-Kottonera tattira ammont kbir ta’ nies hekk kif l-Irxoxt tal-Birgu u Bormla jiltaqgħu flimkien. Il-purċissjonijiet ikunu akkumpanjati minn baned li jdoqqu marċi tal-Għid li huma brijjużi u miktuba għal din il-festa.

Fil-Birgu hija tradizzjoni li l-purċissjoni tkun waħda informali u spontanja u għalhekk ir-reffiegħa ma jkunux lebsin il-konfratija, fil-fatt ir-reffiegħa jintgħażlu dak il-ħin. Fil-Kalkara dalgħodu l-preparamenti kienu differenti hekk kif wara nuqqas ta’ 18-il sena se ssir il-purċissjoni tal-Irxoxt li mistennija tibda minn quddiem l-istess każin.

Aqra aktar

PANIKU WAQT L-IRXOXT F’BORMLA

Ftit tal-ħin ilu għadu kemm seħħ argument bejn numru ta’ irġiel waqt l-Irxoxt f’Bormla. Jidher li l-Għid ma kellux x’jaqsam mal-ġlieda. L-argument seħħ fi Pjazza Gavino Gulia f’ Bormla.

Aqra aktar

Inċident bil-mutur f’Bormla

Sewwieq ta’ mutur sofra grieħi ħfief wara inċident f’Bormla. Dan seħħ għall-ħabta tal-għaxra dalgħodu fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta kien hemm impatt bejn mutur Honda misjuq minn ragel ta’ 51 sena mill-Birgu u karozza Subaru Impreza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena mill-Belt Valletta.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura iżda sofra biss griehi ħfief filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda grieħi.

Id-dramm tal-passjoni għal sena oħra f’Bormla

‘Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti niftakar lil missieri li kien ferħan bija, anki b’ ħija. Sa minn ċkuniti kont immur ma’  missieri fuq il-baħar għax dak kien l-uniku għejxien tagħna. Imbagħad bdejt nikber u bdejt infendi għall- rasi.  Id-dinja u ta’ madwarna ftit skoprejtha. Sakemm darba fost l-oħrajn kien jum mhux bħall-oħrajn. Fil-bogħod rajt dija bħal tax-xemx illi għoddha kemmxitli għajnejja. Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti qatt ma rajt daqshekk bjudija. Lanqas biss kelli l-ħila nżomm għajnejja miftuħin. Staqsejt bejni u bejn il-kuxjenza tiegħi jekk kontx qiegħed noħlom! Imma noħlom ma kontx.’
Aqra aktar

Ir-regatta u Bormla: żwieġ li ma jmut qatt

Bormla u r-Regatta. Koppja li ilha snin magħquda f’ relazzjoni simbolika, li għall-popolazzjoni Bormliż, tista’ tgħid saret waħda sagra.

Relazzjoni li tispikka fil-wieħed u tletin ta’ Marzu u fit-tmienja ta’ Settembru kull sena, meta fil-Port il-Kbir id-dgħajjes tal-pass tas-seba’ distretti, jaqsmu l-baħar sal-ponta tal-Birgu, kollha bit-tama li jieħdu lura l-ikbar premju: il-Palju.

Għal xi uħud ir-regatta hija kapitlu magħluq, iżda f’dawn il-jumejn tas-sena id-demm jerġa’ jbaqbaq u l-passjoni timmanifesta ruħha fid-dmugħ u t-tbissim.

Frankie Cutajar huwa wieħed minnhom. Eks qaddief mad-distrett ta’ Bormla,  li ddeskriva r-regatta bħala sport li jagħmlek pożittiv u li jtik l-enerġija.

Sport li anke wara li għalaq il-kapitlu tiegħu bħala qaddief, baqa’ marbut ma’ qalbu Bormliża.

Aqra aktar

REGATTA: Bormla jkaxkru kollox

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien wara li klassifikaw fl-ewwel post f’ħames tiġrijiet tal-kategorija Open, huma rebħu ukoll Kategorija B. Dan ifisser li Bormla kaxkret kollox u rebħet żewġ shields.

Din kienet is-sbatax-il darba li Bormla rebħet ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien. Minn total ta’ ħamest itlielaq, Bormla ġew l-ewwel fi tlieta u t-tielet fit-tnejn l-oħra.

Aqra aktar

FJAMMI f’Bormla kmieni dalgħodu

Ħadd ma weġġa wara li karozza ħadet in-nar f’Bormla. Dan seħħ għat-tliea neqsin għoxrin ta’ dalgħodu, fi Triq Feliċ.

Il-karozza hija tal-għamla Toyota Vitz, lewn il-fidda.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

Ritratt: Thomas Grixti

Send this to a friend