Bormla | One News - Part 4

Notifiki

Xogħlijiet fi Triq San Nikola Bormla

Minħabba l-maltemp li seħħ nhar is-Sibt li għadda, ix-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq San Nikola Bormla issa ser isiru għada l-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 mis-14.00 ta’ wara nofsinhar ‘l quddiem.

Triq San Nikola ser tkun kompletament magħluqa għat-traffiku minn fejn id-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout. Il-karozzi li ġejjin minn Triq San Ġwann t’Għuxa ser jgħaddu minn Triq il-Polverista filwaqt li dawk li ġejjin minn Triq Bormla ser jgħaddu minn Triq l-Immakulata.

Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.

Tal-Mistħija: Jinħareġ ammont ta’ skart fit-triq

Dalgħodu, Triq il-Pellegrinaġġ f’Bormla sebħet mimlija oġġetti mhux bżonnjużi aktar li tħallew minn persuni mhux magħrufa tul il-lejl tal-bieraħ is-Sibt.

Hija sfortuna li fis-seklu 21 għad hawn min jaħsibha b’dan il-mod meta jeżistu l-faċilitajiet kollha biex skart jitneħħa bla ħlas, mill-Kunsill Lokali.

Is-Sindku Alison Zerafa Civelli fuq il-mezz tal-midja soċjali tagħha, appellat biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-kunsill.

 

Tittajjar persuna fi Triq Dom Mintoff, Bormla

Persuna li ttajret fi Triq Dom Mintoff f’Bormla għall-ħabta tad-21.05 tal-lejla ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

Il-persuna li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn karozza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa u l-pulizia għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar dan il-każ.

 

Aktar dettalji malli jaslulna.

L-Iscouts ta’ Bormla fis-Sud Tirol

Il-ħolma ta’ Baden-Powell ta’ familja kbira ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja magħqudin fi spirtu ta’ fratellanza, ħbiberija u avventura għadha kif saret realta` waqt attivita` li fiha ħadu sehem grupp ta’ 21 Venture Scout u Leaders mill-Grupp tal-iScouts ta’ Bormla ġewwa l-Italja bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju li għadda.

Aqra aktar

ARA: 65 appartament ġdid u 115 spazju ta’ parkeġġ f’Bormla

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes dalgħodu żar is-sit propost f’Bormla għal proġett għall-akkomodazzjoni soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li saret laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar dan il-proġett bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali.

Is-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli qalet li l-komunità hija ferħana li se jsir dan il-proġett li se jagħmel titjieb f’ħajjet in-nies. Saħqet li bħalissa hemm bini abbandunat u fih ikun hemm lok ta’ abbuzz.

Għaldaqstant bil-proġett se jkun hemm lok ta’ tisbiħ fiż-żona. It-twaqiegh tal-bini abbandunat ser isir sal-aħħar ta’ din is-sena.

B’kollox se jkun hemm 65 appartament u mal-115 spazju ta’ parkeġġ. Il-proġett tal-akkomodazzjoni soċjali se jkun imzewwaq bi spazju pubbliku u se jkun hemm facilitajiet ta’ ċentru għaż-żgħażagħ u għall-ħarsien tat-tfal.

Il-progett imiss ma’ erba’ toroq fosthom Triq l-Irlandizi, t-triq li twieled fiha l-ex Prim Ministru Dom Mintoff.

Send this to a friend