bomba – Page 5 – One News

Notifiki

Jinstabu bombi fil-bir tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Waqt tindif li kien qiegħed isir fil-bir tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, instabu bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-bombi, li kienu butterfly bombs u 3.7 anti-aircraft shell instabu mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waqt li kienu qegħdin inaddfu dan il-bir mill-ħama u materjal li ntefa’ fih matul is-snin.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tkompli tbeżża’: tinqeda b’reati li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika

Erġajna qed inkunu  xhieda ta’ irresponsabiltà min-naħa tal-Oppożizzjoni u l-esponenti tagħha li qed ikunu negattivi u jinqdew b’inċidenti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-politika sabiex titnissel biża’ għalxejn fost il-pubbliku.

Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qal li l-Oppożizzjoni qed terġa’ turi nuqqas ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet tal-istituzzjonjiet, f’dan il-każ tal-Pulizija,  filwaqt li tipprova tnissel dubju fil-professjonalità li biha jaqdu dmirhom l-istess Pulizija.

Il-Gvern irid iserraħ ras il-poplu Malti, li l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel ħiltu kollha u qed jieħu dawn l-investigazzjonijiet b’serjetà kbira.  Jekk l-Oppożizzjoni qed tippretendi li l-Gvern għandu jindaħal fix-xogħol tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun assigurat li mhux se jerġa’ jiġri l-istess.

Aqra aktar

Kummentatur kontroversjali jipprova juża l-bomba ta’ dalgħodu

Kritiku tal-Eurovision bl-isem ta’ Fotis Konstanopoulos, magħruf għal kemm ifittex il-kontroversja, din id-darba qed jikteb dwar is-sigurtà f’Malta.

Sentejn ilu, l-istess Grieg kien twaqqaf milli jkompli jikkumenta wara li fil-ġimgħat ta’ qabel il-Junior Eurovision 2014, kien uża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ tfal li kienu qed jipparteċipaw f’din l-edizzjoni.

Dan l-artiklu deher fl-Oiko Times, li huwa sit tal-Eurovision ibbażat fil-Greċja.

Il-Eurovision Broadcasting Unit wieġeb billi qal li s-sigurtà waqt il-Eurovision tkun waħda massima. Fi kliemhom eżatt: “As every year, security at the Junior Eurovision Song Contest will be to airport standards, which includes x-ray scans of all incoming luggage, metal detectors, strict access restrictions and control and various other elements. As always, organisers are working closely with local authorities and a renowned private security company. Security measures and safety precautions taken at the Junior Eurovision Song Contest will be in line with local legislation and the requirements of the European Broadcasting Union.”

Aqra aktar

Theddida ta’ bomba fil-Qorti

Bħalissa n-nies qed jinħarġu mill-Qorti wara theddida ta’ bomba. Il-Pulizija tinsab fuq il-post fejn s’issa l-investigazzjoni tagħha ma wasslet għall-ebda riżultat.
Aqra aktar

Bomba mill-istess ID

Il-bomba li tpoġġiet ma’ vann u li ħalliet raġel fil-periklu tal-mewt iktar kmieni din il-ġimgħa hija l-istess bħal bomba oħra li splodiet f’karozza sentejn ilu f’Marsaxlokk u ħallliet persuna mejta.

Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd li ppubblikat dawn id-dettalji esklussibi fil-faċċata tal-ħarġa tal-Ħadd.
Aqra aktar

Il-moħħ wara l-bomba X’AKTARX KIEN VIĊIN

Splużjoni wara li bomba tqiegħdet taħt vann fi Triq Aldo Moro l-Marsa qanqlet numru ta’ mistoqsijiet li weġibhom fuq il-programm Il-Pjazza ix-xjentist forensiku irtirat Anthony Abela Medici.
Spjega li bomba ta’ dan it-tip mhux fenomenu ġdid f’pajjiżna, bl-ewwel każ seħħ fl-1969.
Abela Medici spjega li dawn it-tip ta’ splużjonijiet iseħħu permezz ta’ switch mekkaniku, li jwasslu biex malli ċċaqlaq il-karozza, il-bomba tisplodi. Kunċett qadim li issa qed jitħaddem permezz ta’ teknoloġija ġdida, fosthom mobile phones.
Dawn it-tip ta’ bombi jitpoġġew fil-post permezz ta’ kalamita, jew inkella jitwaħħlu bl-idejn. Pero’ jrid ikollhom detonatur li jaħdem permezz ta’ mobile. Sabiex tisplodi l-bomba, il-karozza trid tgħaddi minn punt fejn ikun hemm xi ħadd li jkun qed isegwi  mill-qrib. Għalhekk hemm probabiltà kbira li min sploda l-karozza kien viċin.

Aqra aktar

Bomba f’Medina

Erba’ uffiċjali tas-sigurta tilfu ħajjithom u ħamsa oħra sfaw midruba f’attakk suwiċida fl-Arabja Sawdija.

L-attakk seħħ biswit Moskea f’Medina – waħda mill-iktar bliet meqjusa ta’ qima fil-pajjż.

Fil-Moskea fejn seħħ l-attakk hemm mifdun il-Profeta Muhammed; u Medina hija l-aktar belt qaddisa fl-Arabja Sawdija wara Mecca.

Aqra aktar

Send this to a friend