bomba – Page 4 – One News

Notifiki

KONFERMATA – il-vittma tal-bomba ta’ dalgħodu huwa RAĠEL

Karozza tat-tip Opel splodiet permezz ta’ bomba f’Ħal Qormi. Ix-xufier li kien ġo fiha tilef ħajtu.

Persuni fuq il-post infurmawna li l-persuna li tilfet ħajjitha huwa raġel. Il-Pulizija kkonfermat din l-informazzjoni.

Dan ġara fit-8:10 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, maġenb l-uffiċċju ċentrali tal-Malta Post.

Aqra aktar

Ikollu jpatti talli hedded li hemm bomba l-Qorti

Ahmed Yassine weħel multa ta’ €10,000 u 280 siegħa xogħol fil-komunità, wara li fil-Qorti nstab ħati li nhar is-16 ta’ Novembru li għadda għamel theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Malta. 
Dakinhar il-Qorti kellha tiġi evakwata minħabba t-theddida li seħħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu. Minbarra li kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta, każ hekk iwassal biex każijiet li jkunu qed jinstemgħu l-Qorti jkunu interrotti jew inkella sospiżi.

 

Theddida ta’ bomba l-Qorti

Theddida ta’ bomba l-Qorti seħħet għall-ħabta tal-10:25.

Il-binja kienet evakwata sakemm kienet spezzjonata mill-membri tal-Bomb Disposal Unit. Sa nofsinhar kien kollox lura għan-normal.

BIL-FILMAT: Jagħmlu bomba mal-bieb tad-dar tagħhom…missierhom kien Pulizija

Kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna, tisma’ spiss dwar bombi – splużjonijiet li jħallu ħerba. Kienu l-bosta l-vittmi ta’ bomba, dawk mweġġa’ u oħrajn li minkejja li jgħaddi ż-żmien xorta waħda jibqgħu taħt xokk b’dak li jkun ġara. Huma l-ftit li jaħsbu li l-bomba tista’ tmiss lilhom, u kien propju dan li ġara lil familja Laferla. Din il-familja ta’ sitta kienet fil-mira ta’ bomba – “Taħfer imma fil-veritá jkollok weġgħa li ma titlaqx.” Segwi l-istorja tal-programm ARENA fuq ONE ta’ din il-familja.
Aqra aktar

L-istorja tal-bombi f’pajjiżna

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar l-isplużjonijiet bombi f’karozzi, fejn saħansitra vittma tilef ħajtu kawża tal-qawwa tal-isplussiv. L-istudjuż fil-kriminoloġija Eddie Attard spjegalna minn fejn bdew il-bombi f’pajjizna u kif żviluppaw matul is-snin.
Aqra aktar

Wara l-massakru, il-Bataclan se jerġa’ jinfetaħ

 

Il-grupp muzikali Sting se jerġa’ jiftaħ u juża l-Bataclan ftit qabel l-għeluq tas-sena anniversarju mill-attakk terroristiku ġewwa Pariġi.

Fit-13 ta’ Novembru li għadda waqt il-kunċert tal-‘Eagles of Death’ daħlu tlett persuni armati li ħassdu l-ħajja ta’ disgħin ruħ.  Wara dan l-attakk il-post baqa’ ma reġax intuża

Madankollu,  il-kantant tal-grupp ‘Sting’ ħabbar li se jerġgħu jgħatu l-ħajja mużikali lura lil dan il-post b’rispett għall-memorja tal-vittmi.  Il-qliegħ mill-avveniment se jmur kollu donazzjoni għall-‘Life for Paris’ u ‘13 Novembre: Fraternite Verite’, it-tnejn assoċjazzjonijiet b’risq il-vittmi tal-attakk u l-familjari tagħhom.

Jidher li wara dan il-kunċert il-Bataclan se jerġa’ jibda jospita għadd ta kunċerti oħrajn u b’hekk jibda jipprova jinsa l-avveniment ikraħ li għadda minn fuqu.

Aqra aktar

L-ispettur investigattiv dwar il-każi ta’ bombi

L-ispettur Keith Arnaud, mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, tkellem fil-programm Arena dwar is-sensiela ta’ qtil bil-bomba li kien hawn f’pajjiżna.

Tkellem dwar kif jiżviluppaw l-affarijiet mill-mument li l-pulizija tissejaħ fuq il-post u l-mod kif jissoktaw l-investigazzjonijiet. Iffaċjat bil-mistoqsija dwar kif ħadd minn dawk responsabbli ta’ bombi ma jinqabad, Arnaud qal: “Splużjoni hija iktar diffiċli minn każi oħra. Splużjoni teqred l-affarijiet. Peró l-esperjenza urietna li ma teqridx kollox u kien hemm każi fejn persuni tressqu l-qorti u weħlu l-ħabs,” qal l-Ispettur Arnaud.

Aqra aktar

Send this to a friend