bomba | One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Residenti evakwati minn djarhom fi Gwardamangia minħabba theddida ta’ bomba

Numru ta’ residenti spiċċaw ġew evakwati minn djarhom minħabba theddida ta’ bomba fil-Gwardamangia. Jidher li bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija u l-Armata, hekk kif daħal rapport ta’ vann ipparkjat fi Triq l-Ursolini li nissel suspett.

Hu mifhum ukoll li Triq l-Ursolini ingħalqet għat-traffiku bħala prekawzjoni.

 

 

Żewġ persuni jinqatlu fi splużjoni fuq karozza tal-linja biswit il-piramidi fil-Kajr

Żewġ turisti mill-Vjetnam tilfu ħajjithom wara splużjoni li saret fuq karozza tal-linja fil-Kapitali Eġizzjana, il-Kajr. Kelliem għall-Ministeru għall-Intern Eġizzjan qal li l-isplużjoni seħħet qrib il-piramidi ta’ Giża, uħud mill-aktar siti popolari mat-turisti fl-Eġittu kollu.

Jidher li l-bomba tpoġġiet biswit ħajt fl-inħawi u ħadet hekk kif karozza tal-linja, li kienet qed iġġorr 14-il turist mill-Vjetnam, għaddiet mill-post.

Fost il-midruba hemm żewġ Eġizzjani, inkluż ix-xufier tal-karozza tal-linja.

BIL-FILMAT: Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ CNN evakwata minħabba theddida ta’ bomba

Is-Servizz Sigriet tal-Istati Uniti qal li apparat suspettat li huwa splussiv intbagħtu kemm lill-eks Segretarju tal-Istat Hillary Clinton u kif ukoll lill-eks President Barack Obama. L-apparat instabu minn tekniċi li jissorveljaw posta li tintbagħat lil eks uffiċjali tal-Istati Uniti.

Il-post fejn instabu l-pakketti suspettużi ma kienx ikkonfermat mill-ewwel.

Il-bini ta’ Time Warner fi New York ukoll kien evakwat minħabba pakkett. Il-kamra tal-aħbarijiet CNN, li tinsab fl-istess bini, irrappurtat li kienet evakwata minħabba pakkett suspettuż. Aqra aktar

Bil-Filmat: Meta l-PM qal lil Busuttil li l-bomba se jkun waqqagħha f’Tal-Pietà

Jiem wara li l-istorja t’Egrant saret gidba ċċertifikata u Simon Busuttil kompla jiffaċja pressjoni biex iwarrab bil-kwiet, komplew jidwu dikjarazzjonijiet li saru fl-eqqel ta’ kampanja qalila u fuq kollox giddieba li saret fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu.

Osservaturi politiċi sostnew li ħmistax-il xahar wara li Simon Busuttil għamel tiegħu l-gidba ta’ Egrant, jibqa’ l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat wassal viżjoni li llum qed tieħu l-forma tagħha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Fid-dawl li l-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum f’fazzjonijiet differenti wara li Busuttil ġie muri ‘l bieb ta’ barra, jibqgħu dawn il-kummenti li kien għamel il-Prim Ministru waqt dibattitu ma’ Simon Busuttil innifsu fuq l-istazzjon nazzjonali.

istazzjonisnazzjonali.

Send this to a friend