bolol – One News

Notifiki

Ecclesia Sanctorum – Il-Wirt Reliġjuż fuq il-bolol u aktar

Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed itella’ s-16-il edizzjoni tal-wirja annwali tal-filatelija, din is-sena bit-titlu ‘Ecclesia Sanctorum – il-Wirt Reliġjuż fuq il-Bolol u Aktar’. Din il-wirja filatelika bit-tema tar-reliġjon se tkun miftuħa bejn nhar il-Ħamis 27 u l-Ħadd 30 ta’ Settembru, 2018, fis-Sala Ġużeppina Curmi (taħt l-Istitut Ġesù Nazzarenu), Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun. Din se tkun miftuħa wkoll waqt l-attività Żejt iż-Żejtun.

Il-pubbliku f’din il-wirja permezz tal-filatelija se jkun jista’ jara avvenimenti storiċi tar-reliġjon Kattolika fosthom tal-Milied u l-Ġimgħa Mqaddsa, muniti, kartolini ta’ qaddisin varji, u ħafna aktar. Bolol rari li se jqajmu diversi interess fost dawk li qed jkunu qed jattendu.

Matul din il-wirja diversi filatelistiċi li se jkunu qed idawwru lill-pubbliku madwar il-wirja u jagħtuhom spegazzjoni dwarhom. It-tfal kollha li se jkunu qed iżuru din il-wirja se jagħmlu xi ħaġa interessanti, li din il-ħaġa mbagħad se jkunu jistgħu joħduha magħhom. Barra minn hekk, se tkun qed titqassam il-gazzetta The Melite Post bla ħlas. Id-dħul għall-wirja huwa bla ħlas ukoll.

Il-filatelija dejjem kienet għal qalb iż-Żejtun, hekk kif l-istorja tal-filatelija tmur lura għall-bidu tas-seklu għoxrin, fejn l-ewwel għaqda filatelika f’Malta, il-Malta Philatelic Society’, kienet topera minn 20, Triq Sant’ Emidju, iż-Żejtun.

Din il-wirja qed tiġi mtella’ mill-Grupp Filateliku taż-Żejtun, grupp fi ħdan il-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li twaqqaf fl-2002, minn Żwieten li kienu iż-Żejtun jġemmgħu l-filatelija. Għal kull laqgħa jattendi kelliem biex jitkellem dwar l-aspetti storiċi ta’ pajjiżna u lil hinn, li jkunu deheru fuq il-bolol. Kulħadd jista’ jingħaqad f’dan il-grupp, il-laqgħa u s-sħubija huma mingħajr ħlas.

Il-pubbliku hu mistieden għall-ftuħ uffiċjali li se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, fis-7.00 p.m.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq [email protected]

Ħarġa ta’ Bolol bit-tema tal-Festi Maltin

Fi stqarrija MaltaPost ħabret li se tkun qed toħroġ sett ta’ bolol li juru statwi proċessjonali ta’ numru ta’ knejjes fil-Gżejjer Maltin. L-ewwel ħarġa tikkonsisti f’għaxar statwi ta’ Santa Marija li jinstabu fi knejjes madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar

Bolol bl-istorja tar-Rabat u ta’ San Pawl

Wirja fir-Rabat kellha fiċ-ċentru tagħha mijiet ta’ folji ta’ bolol mhux biss Maltin imma wkoll barranin.

Folji li kull waħda tinkludi sittin bolla, u fost dawn kien hemm l-ewwel bolla ta’ Malta.

Din il-wirja żewġet il-kunċett tal-festa li tfakkar in-nawfraġju ta’ San Pawl u l-istorja tar-Rabat.

Bolol oħra għandhom protagonisti lil San Ġużepp u avvenimenti storiċi li ffurmaw l-istorja ta’ Malta.

Iżda min mar ma sabx bolol biss, u dwar dan tkellimna mas-sindku tar-Rabat – li jikkollezzjona l-bolol esebiti – Charles Azzopardi.

Aqra aktar

Dilettant tal-bolol?

  • Ħarġa ta’ bolla b’ kommemorazzjoni tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017

Malta għandha f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u biex jigi kkommemorat dan, se tinħareġ miniature sheet b’bolla waħda, għada l-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017.

Din il-bolla għandha l-valur ta’ €3.59 u se tkun qiegħda turi l-logo li ġie magħżul ghall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan il-logo intgħażel minn numru ta’ sottomissjonijiet minn studenti, u juri interpretazzjoni kkulurita u differenti tas-Salib ta’ Malta. Il-bolla ġiet iddisinjata minn Sean Cini u hi ta’ daqs 31mm x 44mm, b’ perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb.) b’ watermark bis-slaleb ta’ Malta. Il-folja hija ta’ daqs 84mm x 84mm. Printex Limited ipprintja 20,000 miniature sheet.

Aqra aktar

Send this to a friend