Boko Haram | One News

Notifiki

Il-Boko Haram joqtol voluntiera li kienet ilha tinżamm ostaġġ minn Marzu

Militanti tal-Boko Haram qatlu voluntiera li kienet ilha tinżamm ostaġġ mill-għaqda terroristika minn Marzu li għadda. Dan kien ikkonfermat mill-Gvern Niġerjan.

F’Settembru li għadda, l-istess grupp qatel mara oħra li nqabdet mal-voluntiera li nqatlet aktar kmieni llum. Jidher li għad hemm tifla ta’ 15-il sena u voluntiera oħra jinżammu ostaġġi mill-grupp.

 

Dmugħ ta’ ferħ

Mument emozzjonanti hekk kif 21 tifla li nħatfu mill-grupp Islamiku, Boko Haram fil-belt Niġerjana, Chibok iltaqgħu u ingħaqdu lura mal-familjari tagħhom.

Waqt din iċ-ċerimonja, waħda mill-bniet qalet li rnexxilhom isalvaw għal erbgħin ġurnata sħaħ mingħajr ikel u ħarbu l-mewt minn tal-inqas darba.

Għalissa għadu mhuwiex ċar kif il-ħelsien kien innegozjat, iżda uffiċjal qal li għaddejjin t-taħdidiet biex aktar bniet ikunu meħlusa. Mill-mitejn, sitta u sebgħin studenta maħtufa f’April tal-elfejn u erbatax, mija sebgħa u disgħin għadhom irrapurtati nieqsa.

Dan hu l-mument meta dawn it-tfajliet ltaqgħu mal-Viċi President Yemi Osinbajo.

Aqra aktar

L-użu ta’ tfal f’attakki suwiċida

L-użu ta’ tfal f’attakki suwiċida mwettqa mill-Boko Haram żdied matul l-aħħar sena.

Filfatt wieħed minn kull ħames attakki li wettaq dan il-grupp fundamentalista ibbażat fin-Niġerja twettaq minn tfal. Dan ħareġ minn studju li għamlet l-Aġenzija tat-tfal tan-Nazzjonijiet Magħquda, li qalet li tliet kwarti ta’ dawn it-tip t’attakki qed jitwettqu minn bniet li jkunu ġew drogati.

Sentejn ilu l-grupp Boko Haram ħataf mal-mitejn studenta fir-reġjun ta’ Chibok b’ħafna minnhom spiċċaw maħnuqa mit-tagħlim fundamentalista li jxerred dan il-grupp.

Send this to a friend