bmx – One News

Notifiki

Grupp ta’ riders Maltin tal-BMX jieħdu sehem fil-logħob tal-Ghetto

Riċentement grupp ta’ riders Maltin tal-BMX ħadu sehem f’sezzjoni oħra ta’ logħob magħruf tal-Ghetto li sar fil-Latvja. Huma ħadu sehem fil-kategorija pro, u din kienet l-ewwel darba li kollha kemm huma ħadu sehem f’kategorija simili għax Mathias Mangion, Nicky Schranz u Karl Naja qabel dejjem ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet tad-dilettanti.Aqra aktar

Minn BMX għal pixxina… jitkellmu dwar “state of the art”

Gvern Li Jisma’ qed iservi wkoll biex mhux biss il-pubbliku jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu, iżda jitkellem dwar dak li sar fl-aħħar erba’ snin.

Ċerti interventi tassew jaqblu mat-tema “Four Years of Firsts” u b’mod partikolari dan fil-qasam sportiv. Persuni minn oqsma differenti semmew proġetti li saru għall-ewwel darba. Fosthom dawk tal-BMX u anke tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku.

Aqra aktar

SEGWI HAWN! L-ewwel Malti li għamel backflip b’rota BMX

Karl Naja riċentament sar l-ewwel Malti li jagħmel backflip b’rota tal-BMX meta huwa rnexxielu jagħmel dan nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017 fl-Indoor Skate Park ta’ Pembroke.

Naja li għandu 27 sena beda jsuq il-BMX fis-sena 2004. Minn meta kien ta’ eta żgħira huwa kellu mħabba għar-rota u kien meta xi ħbieb ħaduh it-trakka tal-BMX f’Pembroke li huwa ħass li dan huwa l-isport addattat għalih. Immedjatament huwa beda jfaddal l-flus biex jixtri r-rota addatta għal BMX. Appena huwa xtara rota Haro beda imur tlieta  jew erba’ darbiet kull ġimgħa jipprattika dan l-isport minfejn kien jitlaq kull darba bl-istess rota minn tas-Sliema sa Pembroke.

Aqra aktar

Send this to a friend