Blogger – One News

Notifiki

X’NAFU SA ISSA DWAR IL-QTIL TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA

Il-blogger Daphne Caruana Galiza nqatlet fi splużjoni ta’ bomba t-Tnejn wara nofsinhar mal-karozza li kienet qed issuq fil-Bidnija. Il-karozza jidher li baqgħet tinstaq għal diversi metri qabel spiċċat f’għalqa qrib ir-residenza tagħha. Jidher li l-bomba tpoġġiet taħt is-seat tax-xufier bil-possibiltà li ħadet b’mezz elettroniku.

Il-qtil tagħha, omm ta’ tlett itfal, ġab il-kundanna tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom tal-Prim Ministru Joseph Muscat li kkundanna bla riservi dan il-qtil brutali li sejjaħlu jum iswed għal-libertà tal-espressjoni.Aqra aktar

Ir-Russa mgiddba!

L-intervista mal-mara Russa li l-blogger Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil qed jibbażaw kampanja elettorali fuqha ħarġet fuq The Malta Independent nhar il-Ħadd li għadda. Issa jirriżulta li l-verżjoni tagħha hija mimlija fatti skorretti.

Sorsi kunfidenzjali li tkellmu ma’ inewsmalta qalu li l-mara applikat għad-dokument ta’ residenza nhar is-7 ta’ April tas-sena li għaddiet, fl-istess jum li applika żewġha, wara li l-impjieg tagħha ma’ Pilatus Bank kien itterminat. 

Dan ixejjen dak li qed tgħid, ċioe li huwa tort ta’ Identity Malta li ma’ ngħatatx id-dokument ta’ residenza, u li l-bank inqeda b’dan biex ma jħallashiex.

Il-Qorti żżomm fis-seħħ il-mandati kontra DCG

Il-Qorti tal-Maġistrati ddeċidiet li għandhom jibqgħu fis-seħħ il-mandati ta’ sekwestru li saru meta nfetħu l-libelli kontra Daphne Caruana Galizia mill-Ministru Chris Cardona u l-avukat Joe Gerada. Dan wara sensiela ta’ artikli mimlija qlajjiet minn Caruana Galizia fil-konfront tagħhom.

Aqra aktar

FURTHER CONTRADICTIONS: DCG WANTED TO REGISTER HER OWN BLOG

Daphne Caruana Galizia had asked the Department of Information to be recognised as the editor of her own blog. Testifying in the law courts in 2015, she had lamented that it was not possible for her to be registered as editor, seeing as there was no mechanism that allowed the registration of websites.

In other words, Daphne Caruana Galizia had endorsed that which is being proposed by the Government, by means of a law regulating slander and the media. Now that the Government is proposing this law, Caruana Galizia is opposing it vehemently. Similarly, the Nationalist Party has embarked on a negative campaign that includes public protests.

It is clearer than ever, upon considering a court case in November 2015, that Caruana Galizia was in favour of the registration of new portals. Furthermore, she had clearly said that she felt disadvantaged because she could not register herself as editor.

Aqra aktar

Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali

Il-blogger Daphne Caruana Galizia hija fdata mill-Partit Nazzjonalista biex tikkordina hi l-messaġġ tal-partit barra minn pajjiżna.

Dan bħala parti mill-istrateġija maqbula fid-29  ta’ Frar, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ssir ħsara lill-Gvern u lil Malta b’mod internazzjonali.

F’dinja ddominata mill-internet huwa naturali li aħbar bħal dik tal-mass meeting li sar il-Ħadd li għadda tinqabad minn xi aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.   Aqra aktar

Send this to a friend