blog – One News

Notifiki

Ronnie

Kull min bħali, huwa attivist tal-Partit Laburista, bilfors jaf lir-Ronnie Pellegrini.

Ronnie ma kienx persuni tal-kameras, kien persuna tax-xogħol, tas-sagrifiċċju, tal-impenn, tad-determinazzjoni, punt ta’ riferiment u leali.

Qed nitkellem hekk fuqu mhux għax ħalliena, iżda għax huwa dak li nemmen, dak li esperjenżajt u bħali hemm ħafna.Aqra aktar

Island Economy

Verament ħadt gost bl-aħbar li ta l-Prim Ministru li l-ekonomija ta’ Għawdex bħala regjun kibret aktar minn dik ta’ Malta, li diġa’ hija fost l-aqwa fl-Ewropa. Nieħu gost doppju.  L-ewwel għall-Għawdxin stess, u t-tieni għax tfisser li meta jkollok gvern moħħu hemm, suċċess jista’ jkollok.   Ngħidha ċar u tond li jien qatt ma kelli dubji li Joseph Muscat ikun suċċess.  Min jitrabba qrib il-ħidma tar-raba’, ma jistax ma jkollux riġlejh fl-art! Mhux teoriji, imma twettiq.

Aqra aktar

Spiżeriji matul il-lejl

 

Xi snin ilu, flimkien mal-familja tiegħi, kont għal btala fi Sqallija, preċiżament f’Mondello. Għajr il-baħar u l-panorama ma hemm xejn speċjali. Post b’potenzjal turistiku enormi, imma mitluq. Kieku dan il-post kien Malta, nġibuh qisu l-Karibew.

Imma dan il-post, kellu xi haġa li Malta ma noħolmux dwarha. Spiżerija bil-lejl. Xejn speċjali. Tieqa armata b’mod li tagħti sigurtà  lil min ikun hemm warajha, bi spazju appożitu biex tiġbor il-mediċina.

F’Malta għadna fil-medju evu. Pajjiż li mexa ‘l quddiem ħafna fejn jidħlu libertajiet ċivili, imma għadna lura biex nilliberalizzaw ċertu oqsma.Aqra aktar

Fasten Your Seatbelts

Meta qed nikteb se jkunu għaddew ħamest ijiem u nagħti daqqa t’għajn ħalli nara min hu dak li tela’ minn by-election mis-siġġijiet doppji tal-Partit Nazzjonalista u qed jirreżenja ħalli postu jieħdu Adrian Delia.

Fl-entużjazmu stennejt li l-għada li joħroġ ir-riżultat tal-votazzjoni se jkun hemm it-tħabbira tas-sagrifiċċju supreme għas-salvatur il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il Grande Piccolettino Sajmintello

“Imma kemm ġejt qisni xiħ bla snien!” qal ix-xiħ bla snien li kien qed jara r-ritratt tiegħu meħud ftit qabel! Tgħiduli biex il-madre ħanina dinja ħiereġ illum? U le, xejn speċjali. Għax dak li għamel dan ix-xwejjaħ huwa eżatt dak li qed jagħmel il-Grande Fratello Piccolettino Sajmin. Iħares lejn il-verità u ma jagħrafiex. Grande Fratello għax ftit ilu qal li se jibqa’ jissorvelja l-ħidma tal-partit u tal-Kap li se jitla’ minfloku. Jiġifieri l-Kap li jmiss se jkun qisu ġemel b’qurdiena f’s… emmm… f’patattu ħa!

Il-kelma Grande għandi naqra diffikultà biha. Grande u Sajmin ma jitħalltux daqs kemm ma jitħallatx iż-żejt mal-ilma, għax dak dejjem jitla’ fil-wiċċ. Imma nsomma. Sajmin għandu quddiemu ritratt tar-rieda tal-poplu li qallu għal erbgħin elf darba “Le! Barra!”, imma kox-jen-ta-ment (qsamtha f’sillabi din, għax twila wisq u anki biex ktibtha ħadt biċċa xogħol!) qiegħed iwarrab dak li jrid il-poplu, li fuq kollox warrab lilu.

Għax kif tista’ tibqa’ sejjer bl-istess diska stunata, wara r-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet? U ġieżu ġiez tibqa’ tinsisti li tgħodos fil-ħama tiegħek stess, meta kulħadd qed jgħidlek, “Biddel id-diska Sajmin ħi, għax ma ħadmitx!” Trid tkun altru nieqes mill-melħ f’moħ…

“Għajjut, għajjut …. jaħasra għajjut!”

Aqra aktar

Up in ARMS

Tgħidux li se nibda neqred,  imma jkun hemm ħwejjeġ mhux kbar imma li jdejqu lin-nies li tajjeb wieħed jitkellem fuqhom forsi xi darba jissolvew. Ippruvajt fuq dan li se ngħid,  imma f’wiċċi baqa’.

Mela kien hemm xi bravu żmien ilu fl-ARMS Ltd li daħħal sistema li persuna li tkun trid il-meter tad-dawl u tal-ilma fuq isimha trid jew jiffirma s-sid jew jekk tgħid li hi s-sid,  trid iġġib kuntratti u provi,  u jekk ikun hemm eredi oħra trid il-firem etc.

Dan joħloq problemi serji.  Ikollok min mill-aħwa li jippretendi għax il-meter fuq ismu, il-post huwa tiegħu !  U jkun hemm min ikun irid jagħmel riċerki u testmenti fuq testmenti ħalli jagħti prova li l-post wirtu.

Aqra aktar

Bejn Inxjurans u Satellti

“Qqqmmm!” “Madonna!”

Dan kien il-ħoss li spara minn fommi jien u ndur il-kantuniera għall-blokk fejn noqgħod, fl-istess ħin li ħrigt idejja biex nilqa’ forza ta’ bawżer tal-ilma li daħal ġo fija.

“Ara fejn int miexi ħi, qattus ommok! U neħħi dal-qaħbeċ gażżetti minn ġo wiċċi, muntun!”

Ma kienx hemm għalfejn nara ma x’hiex ħbatt. Leħinha kien biżżejjed. Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel.

“Skużani”, ażżardajt jien qisni ħaruf sejjer għall-qatla!

“Ara mela int, dan?”

Għamilt pass lura, għax kelli wiċċi mal-gażżetti li kienu ma’ wiċċ Ċensina, idi l-oħra mqabbda ma’ spallitha, l-qoffa li kellha f’ida b’ħobża tas-salib titbandal fiha mdaħħla f’ta’ wara l-kużakk, kollox mgħaffeġ u jibki, u konna too close for comfort, kif jgħid l-Ingliż.

Kif ġejna f’tagħna, tagħtni ħarsa minn dawk ala Ċensina.

“Gustuż e!”

Aqra aktar

Tupac u Michael Jackson imorru għand Pilatu

Wara li lbieraħ ħareġ iktar gideb mill-midja tal-Partit Nazzjonalista u l-blogger Daphne Caruana Galizia, kienu bosta persuni li fuq il-midja soċjali Facebook irreaġixxew bi stampi kkuluriti li jibgħatu messaġġ iżda fl-istess ħin joħolqu tbissima fuq fomm min jarahom… sakemm ma jkunux qed inigżuk fil-laħam il-ħaj għax inqbadt tigdeb.

Aqra aktar

Ma xebax bil-bezzun tal-AirMalta

Dan l-imbierek bezzun tal-AirMalta ma qalax kwistjonijiet biss fuq id-daqs tiegħu għalkemm kien meħtieġ biex jitnaqqsu l-ispejjeż, spiċċa f’polemika ħabba Simon Busuttil u dan mill-Oppożizzjoni.

Mela l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem wara li tela’ bħala Kap tal-PN, mar jiġri għand l-imprendituri biex iħallsulu l-pagi tas-Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. Għamilha hu biss u għamilha waħdu.

Għamilha meta kien jaf li qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Għamilha fl-istess ħin li kien wiċċ imb’wiċċ mal-Gvern jitkellem dwar il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti u kif se tkun imtejba. Għamilha fl-istess ħin li kien beda u għadu għaddej bil-kantiliena tal-Governanza, trasparenza u onestà politika.

Aqra aktar

Dak li qaluli biex ngħid…

Se nwassal biss il-messaġġ li qaluli biex ngħaddi. Tgħiduli qed iservi ta’ messaġġier. Iva nemmen li hekk hemm bżonn f’din iċ-ċirkustanza. Min hu m’għandux il-kuraġġ jitkellem apertament u qalli biex ngħaddi l-messaġġ jiena bil-premura li ma nsemmiex ismijiet. U hekk se nagħmel.

Ngħid mingħajr tlaqliq li din il-persuna, kienet u għadha ma taqbilx miegħi politikament u ma’ ħafna mill-qarreja ta’ dan is-sit. Pero qed naqblu fuq ħaġa waħda. Is-serenità li hawn f’pajjiżna. Qed naqblu fuq is-siegħa tajba li għaddejjin minnha n-negozji. U propju għalhekk, li din il-persuna li kienet u se tibqa’ Nazzjonalista, imma li qed tara l-partit tagħha totalment mibdul, se tivvota lil Joseph Muscat fl-elezzjoni li ġejja.

Jien nemmnu.

Aqra aktar

Send this to a friend