blata tal-melħ – One News

Omm wieħed mill-ġuvintur misjuba tesprimi l-gratitudni tagħha

Esprimiet il-gratitudni tagħha pubblikament fuq Facebook, Kerstin Panzavecchia, omm Nick, wieħed miż-żewġ ġuvintur li nstabu iktar kmieni dalgħodu fuq xifer l-irdum fl-Imtaħleb.

“Nirringrazzja minn qiegħ qalbi lill-ħbieb, familjari u n-nies kollha li bi kliemhom u s-sapport tagħhom għenuna nfittxu lit-tifel tiegħi Nick u l-ħabib tiegħu Mark”.

Lista sħiħa ta’ ringrazzjamenti lill-Pulizija involuti fl-intervent, lil dawk is-subien li taw il-mowbajls taż-żewġ ġuvintur lill-Għassa tar-Rabat, lill-Forzi Armati ta’ Malta, l-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-K9 Unit.

Panzavecchia irringrazzjat lil Paul u Francesca Vincenti li kkordinaw it-tfittix permezz tad-drones, it-tim mediku u l-isptar Mater Dei, il-gazzetti lokali kif ukoll lil Michelle Mahoney minn Skypeople Malta li informa lill-piloti li kienu qed jittajru fiż-żona biex iżommu għajnejhom miftuħin.

Iżda fl-aħħar iżda żgur mhux lanqas irringrazzjat lis-sajjied eroj Tony Zammit, li sab lill-ġuvintur u assistihom.

Xorbu l-awrina biex jibqgħu ħajjin

Nick Johnson, wieħed miż-żewġ ġuvintur li nsatbu dalgħodu wara li ntlemħu l-aħħar il-Ġimgħa filgħodu, kiteb fuq Facebook li jirringrazzja lil kulħadd  u li jinsabu tajbin.

Qal li jinsab kuntent li għadu ħaj. Ikkonferma li sabiex jibqgħu ħajjin kellhom jixorbu l-awrina tagħhom stess. Qal li m’għandux kliem biex jiddiskrivi dik li “qisha ħolma”.Aqra aktar