Bjorn Formosa | One News

Notifiki

Bjorn Formosa jingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tas-Sena 2018

Aktar kmieni dan ix-xahar Bjorn Formosa ngħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018 tal-ħidma tiegħu għall-komunità tal-ALS u l-kontribut kbir tiegħu lis-soċjetà. Il-Membri tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi u Miriam Dalli nnominaw lil Bjorn għal dan il-premju prestiġjuż – li huwa rikonoxximent li jingħata mill-Parlament Ewropew lil individwi u/jew gruppi li jkunu ddistingwew ruħhom billi ppromovew il-valuri Ewropej u spikkaw fil-komunità tagħhom. In-nomina ta’ Bjorn kienet appoġġjata wkoll mill-MEPs tal-PN.

Aqra aktar

Kliem ta’ kuraġġ għal Bjorn

Il-klabb ta’ Qormi FC waqt il-partita li lagħbu s-Sibt użaw banner b’kliem ta’ kuraġġ għal Bjorn Formosa, li l-ġimgħa d-dieħla ħa jagħmel operazzjoni maġġuri.

Fuq Facebook, Bjorn qal li ħalluh bla kliem u rringrazzjhom tal-kuraġġ li qegħdin ituh.

Dan il-banner itella’ fil-Victor Tedesco Stadium, fejn Qormi lagħbu kontra Balzan.

ARA: Fjamma ta’ kuraġġ minkejja d-diffikultajiet

Kienu bosta li saru jafu bih meta waqqaf f’pajjiżna Fondazzjoni li tgħin persuni bl-ALS. Illum huma bosta li jħarsu lejh u jammiraw id-determinazzjoni u r-rieda li għandu biex jwettaq il-ħolm tiegħu akkost id-diffikultajiet kollha li jsib ma’ wiċċu ta’ kuljum.

Minkejja li n-nifs tqal u l-ġranet saru iżjed iebsin għalih, Bjorn Formosa sab ftit ħin biex jitkellem ma’ ONE News. Stqarr magħna li minkejja li saħħtu qiegħda dejjem taqta’ lura, ftit li xejn jaħli ħin fl-irqad, u jiddedika ħinu biex jwettaq il-ħolma tiegħu – dik li jitfaħ it-tieni dar għal persuni morda bl-ALS. Aqra aktar

Ara: Kanzunetta b’dedikazzjoni għal Bjorn, ir-raġel ta’ eżempju

Fuq lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Dominic Cini, Bjorn ingħata sorpriża waqt l-attività li saret fil-11 ta’ Frar li għadda fl-Isla (Share the love with Als Malta this Valentines) (ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/08/san-valentinu-brizq-l-als-ma-bjorn-formosa/), b’kanzunetta li ġġib l-isem ta’ Bjorn: Ir-Raġel ta’ eżempju.

Din tkantat minn Kristen Abela, Veronica Rotin u Kira Copperstone.

Fuq is-sit soċjali tal-facebook personali tiegħu, Bjorn esprima l-gratitudni lejn dawk li ħadmu biex għamlu dan il-proġett u fisser li huma bħala tim ta’ Als Malta ma jagħmlux xoghol volontarju biex jirċievu xi ħaġa lura, imma ser jgħożż dan ir-rigal li qatt ma stenna li se jirċievi.

San Valentinu b’riżq l-ALS ma’ Bjorn Formosa

Attività mhux tas-soltu organizzata minn Claire Bonello Henwood se tkun qed titellà b’riżq ALS Malta nhar il-Ħadd li ġej 11 ta’ Frar 2018 fis-sala tas-sede tal-Azzjoni Kattolika fl-Isla.

Bosta artisti se jkunu qed itellgħu spettaklu biex jinġabru fondi għal din il-kawża fosthom: Ira losco, Brooke Borg, Lyndsay Pace, Gaia Cauchi, Maria La Barokka , Veronica Rotin, Kira Copperstone, Kristen Abela, Dominic Cini, żeffiena ta’ Alana Bondin u ħafna oħrajn.

L-ispettaklu li jibda fis-14.00 se jkun ippreżentat minn Ivan Gaffiero flimkien mal-mudella Victoria Urry.

Se jkun hemm ukoll ‘red carpet’ kif ukoll sessjoni ta’ fotografija.

Il-biljetti jinkisbu minn Dar Bjorn jew mis-sala tal-isla stess għall-prezz ta’ €6 l-kbar u €3 t-tfal. Ser ikun hemm ukoll xi ikel u ħelu għal dawk preżenti.

Il-poster tal-attività bl-isem ta’ Share the love with ALS this Valentines sar minn Alaiyah Camilleri mill-iskola primarja tal-Mosta.

 

Sentejn mill-ftuħ ta’ ALS Malta

Awwissu 2015, xahar li fih inħolqot ALS Malta. Fondazzjoni li matul dawn is-sentejn kisbet suċċess wara ieħor fejn tidħol kuxjenza dwar din il-kundizzjoni u ġbir ta’ fondi għar-riċerka.

Kollox beda mill-famuża ALS Ice Bucket Challenge li sentejn ilu rrenjat b’saħħa kbira fuq is-siti soċjali u l-midja. Din kienet l-ewwel attività li permezz tagħha ALS Malta nediet l-impenn tagħha għall-ġbir ta’ fondi. Hawn b’kollox kienu nġabru €6,100. Flus li kienu ntużaw sabiex jgħinu programm ta’ studju fl-Università ta’ Malta dwar kundizzjonijiet newroloġiċi.

Aqra aktar

Bjorn b’appell mill-isptar

“Il-ħajja hi magħmula minn sitwazzjonijiet diffiċli li rridu ngħaddu minnhom biex niksbu suċċess. Ovvjament il-politika mhix waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet u li niġġieldu ma’ xulxin dwar aħmar, blu, aħdar jew oranġjo mhix ‘worth it’ meta nistgħu ngħinu lil xulxin biex ngħaddu minn sitwazzjonijiet diffiċli, li bosta minna jkollu,” qal dan Bjorn Formosa, il-Fundatur ta’ ALS Malta, f’appell li kiteb fuq Facebook indirizzat lill-Gvern li se jkun qed jiġi elett fit-3 ta’ Ġunju. Dan hekk kif hu bħalissa jinsab l-isptar Mater Dei.
Sostna kif “ningħaqdu biex ngħinu fuq diversi kawżi, niġbru l-miljuni tul is-sena u vera niddejjaq nara n-nies jiġġieldu dwar il-parititi politiċi. Għalfejn insiru ma naħmlux lil xulxin minħabba elezzjoni?! Il-politika mhix dwar għajjat u ġlied. Hi dwar kif toħloq possibilitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur! U dak li qed nippruvaw nagħmlu, noħolqu possibilitajiet ġodda għan-nies fis-soċjetà fuq bażi volontarja mingħajr ebda interess personali jew qliegħ finanzjarju.”

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Kwistjoni ta’ ħajja jew mewt għal Bjorn

14:07: Filwaqt li ftit tal-ħin ilu Bjorn kiteb fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li se jkun qed jagħmel l-operazzjoni tal-appendix, issa ħabbar li din l-operazzjoni mhux se ssir.

Aktar Qabel: Bjorn Formosa, il-ġellied kontra l-marda ALS, kellu din l-aħbar x’jaqsam ma’ dawk kollha li jsegwuh fuq Facebook.

Aqra aktar

Send this to a friend