birkirkara – One News

Notifiki

Valletta huma l-ewwel finalisti tan-Knock Out

Fis-semifinali tan-Knock Out tal-Futsal kellna taqtigħa interessanti bejn Valletta u Birkirkara. Valletta kisbu vantaġġ doppju meta wara għaxar minuti logħob Rafael Medeiros Rodrigues fetaħ l-iskor u Shawn Vella għamilhom 2-0. Birkirkara naqsu l-iskor meta kien fadal biss tlettax-il sekonda minn tmiem l-ewwel taqsima, b’gowl ta’ Faisal Alnakuoo.

Aqra aktar

Anzjan ta’ 78 sena jittajjar minn karozza f’Birkirkara

Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:45 tat-Tlieta filgħazija fi Triq il-Qasab, Birkirkara. Jidher li l-anzjan ittajjar minn karozza tat-tip Honda Fit, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena minn Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata lkura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċetifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sant’ Elena ta’ Birkirkara se tingħata lura l-glorja li jixirqilha

Il-pittura titulari fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara qed tiġi rrestawrata sabiex terġa’ tingħata l-glorja kollha tagħha.  Din il-pittura hija l-ikbar biċċa xogħol fuq it-tila tal-artist Francesco Zahra.  L-artist wara bosta xogħlijiet artistiċi reliġjużi f’pajjiżna.

Il-proġett ta’ restawr jinsab f’idejn Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani mill-Atelier del Restauro.

Lupo saħqet li wara li tniżżlet l-pittura minn postha f’Ottubru u sar ix-xogħol ta’ dokumentazzjoni, instab li l-pittura kellha ħsara estetika minħabba lega ta’ nugrufun mix-xemgħat li jintużaw fil-knisja u l-verniċ fuq il-kulur li sfar maż-żmien.Aqra aktar

Tfajla ta’ 14-il sena tittajjar f’Birkirkara

Tfajla ta’ 14-il sena residenti Birkirkara ttieħdet b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ttajret minn karozza aktar kmieni t-Tlieta.

L-inċident seħħ ftit qabel is-18:00 fi Triq Dun Karm, Birkirkara, direzzjoni lejn in-Naħa ta’ Fuq ta’ Malta. Jidher li t-tfajla ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 57 sena.

Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.

Tfajla ta’ 22 sena ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara

Tfajla ta’ 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dun Karm, meta ż-żagħżugħa Taljana li tgħix l-Iklin intlaqtet minn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena minn Birkirkara.Aqra aktar

Send this to a friend