birgu – One News

Notifiki

ARA: Il-Birgu b’spettaklu ta’ nar minn fuq l-ilma

F’dawn il-jiem ta’ festi, is-sema Maltija tieħu l-kulur frott il-ħila tal-pirotekniċi Maltin li b’mod volonatarju jħejju spettakli li jixgħelu l-bnadi differenti tal-Gżejjer Maltin.

Għal lokal bħal Birgu, fejn in-nar ma jistax jinħaraq minn fuq l-art, tiżdied l-isfida li x-xogħol irid jinħaraq bejn sema u ilma.

Dan ifisser biċċa uġigħ ta’ ras ikbar. Għalkemm dan ma jaqtax qalb id-dilettanti li jagħmlu minn kollox biex filwaqt li jsebbħu u jferrħu joħolqu konvenjent mill-inqas. Aqra aktar

It-Temp ma jħassarx il-wirja b’armar qadim tal-festa fil-Birgu

It-temp ma qatax qalb il-kumitat tal-festa tal-Birgu, għaliex dawn komplew bil-pjanijiet tagħhom biex jtellgħu l-wirja mill-isbaħ b’armar qadim tal-festa.

Il-wirja li saret fl-Oratorju tar-Rożarjanti fil-kunvent tal-Patrijiet tad-Dumnikani kienet tikkonsisiti f’diversi armar qadim, fosthom pavaljuni tad-drapp, pitturi ta’ qabel il-gwerra, u statwi fost oħrajn. Aqra aktar

“Game Show” Ungeriz jiffilmja avventuri estremi f’pajjizna

Spazji magħluqa, tixbit mal-irdum tal-Imtaħleb u nżul f’karozza fit-tank tal-faċilitajiet tal-films fir-Rinella huma wħud mill-avventuri estremi li qed jgħaddu minnhom sebgħa koppji Ungeriżi waqt il-ġbid ta’ produzzjoni Ungeriża f’pajjiżna.

Il-Produzzjoni The Bravest Couple mistennija tħalli f’pajjiżna maż-żewġ miljun ewro fl-20 jum li mistennija tieħu biex tinġibed f’Malta.

Il-produzzjoni se tixxandar fuq TV2, l-akbar stazzjon televiżiv Ungeriż u qed tinġibed f’għadd ta’ postijiet f’Malta fosthom iċ-Ċirkewwa, il-Birgu, il-Mellieħa u l-Palazz ta’ Selmun li fih qed jgħixu l-parteċipanti kuraġġjużi ta’ din is-sensiela u li waħda fosthom se tingħata t-titlu tal-aktar koppja qalbiena.Aqra aktar

BIR-RITRATTI: Tfal, żgħażagħ u anzjani jingħaqdu biex jarmaw il-Birġu għall-festa

Tfal, żgħażagħ u anzjani ngħaqdu flimkien biex jagħtu daqqa t’id u jarmaw il-Birgu għall-festa. Dan wara li l-Kumitat Festi Esterni ta’ San Lawrenz tal-Birgu appella lill-partitarji biex jigħnu jarmaw. Dan wara li lbieraħ l-Kumitat ħabbar li d-drapp tal-purċissjoni kien se jibqa’ fil-kexxun wara li l-maltemp fuq il-gżejjer Maltin baqa’ jippersisti.

Kien wara t-titjib fit-temp li l-Kumitat ħa d-deċiżjoni li jarmaw għall-festa kif kważi dejjem sar.

Aqra aktar

Kristu Rxoxt tal-Birgu se jkun irrestawrat – il-kumpanija Melita se tħallas l-ispejjeż

L-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tal-Birgu se ssirilha restawr u l-ispejjeż se jitħallsu mill-kumpanija Melita.

Dan ġie kkonfermat minn kelliema għal din il-kumpanija wara li sar kuntatt minn ONE News.

Kristu Rxoxt; statwa antika li saret minn Savlatore Psaila ġarrbet ħsara billi nqalgħet idu meta weħlet ma’ wires fil-Birgu.

Ir-restawr se jsir mill-artist Tarxieniż Renzo Gauci.

Aktar dettalji dwar l-ammont tal-ispiża se joħorġu aktar tard.

Il-BOV b’ATM ġdida fil-Birgu

Lejliet l-avveniment popolari tal-BirguFest 2017, il-BOV ħabbar li installa ATM ġdida fil-Birgu. Din l-ATM, li tinsab f’Nru 1, Triq Nestu Laiviera kantuniera ma’ Pjazza tal-Belt Rebbieħa, tfisser li l-Bank issa għandu flotta ta’ 95 ATM, mifruxa madwar Malta u Għawdex kollha.Aqra aktar

Send this to a friend