birdlife malta | One News

Notifiki

Żewġ pari ta’ Spanjuletti jbejtu fil-Gżejjer Maltin

Żewġ pari ta’ Spanjuletti bejtu f’pajjiżna; wieħed fil-Punent ta’ Malta u l-ieħor mal-kosta tal-Punent ta’ Għawdex.

L-ewwel par ġie osservat fl-24 ta’ Mejju fil-Punent ta’ Malta u bejjet ħamest ifrieħ l-għada. Is-sit fejn instabu dawn l-Ispanjuletti kienu ssorveljati minn voluntiera ta’ BirdLife Malta. Il-frieħ ħallew il-bejta sal-25 ta’ Ġunju, xahar u ġurnata wara li kienu ġew osservati għall-ewwel darba f’pajjiżna.

It-tieni par ġie osservat f’Għawdex mal-kosta tal-Punent, fid-19 ta’ Ġunju. F’dan il-każ,meta nstabu l-erba’ ifrieħ kienu kibru sew. Meta nstabu l-frieħ kienu qed illestu biex itiru f’qasir żmien.

Matul dan il-perjodu ż-żewġ pari ta’ ġenituri ġew innutati mill-voluntiera li bdew ġejjien u sejrin sabiex iġibu l-ikel u jitimgħu lil frieħ tagħhom. L-ikel kien jinkludi għasafar (l-aktar għasafar tal-bejt), firien, xaħmet l-art, wiżgħa u Ġurat tar-Raba’.

Dan l-avveniment hija ħaġa rari, hekk kif l-Ispanjulett huwa rari li jbejjet f’Malta, iżda f’dawn l-aħħar snin din l-ispeċi qed tiżdied bil-mod il-mod.

Filmat miġbud minn Birdlife Malta iwassal għal arrest

Kmieni dalgħodu l-Pulizija arrestat kaċċatur wara li filmat meħud minn Birdlife Malta allegatament wera lill-istess kaċċatur jispara lejn gamiema, filwaqt li jagħmel użu minn għasfur ħaj biex iħajjar lill-gamiema l-oħra tersaq lejh f’Santa Katerina fir-Rabat. Dan skont stqarrija li bagħtet Birdlife Malta.

Il-gamiem huwa għasfur protett f’dan iż-żmien tas-sena, fil-waqt li l-istaġun tal-kaċċa bħalissa jinsab magħluq.

Wara ssejħu uffiċjali mill-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva mill-Iskwadra tal-Pulizija,fejn wara li raw il-filmat, huma allegatament arrestaw lill-persuna li kien fuq il-filmat.

Telquna għal Jum San Valentinu

Waslu fl-Ewwel tas-Sena u issa telqu f’Jum San Valentinu. F’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook, Birdlife Malta kitbu li ċ-Ċinji li tant ġibdu l-attenzjoni ta’ Maltin u Għawdxin f’Marsalforn, telqu minn fejn kienu u din id-darba b’mod permanenti.

It-tnax-il Ċinja taru fid-direzzjoni ta’ Żebbuġ kmieni dalgħodu, u fejn filwaqt li fil-jiem li għaddew bdew jitilqu għal ftit sigħat u wara jirritornaw, din id-darba baqgħu ma rritornawx lura.

Aqra aktar

Send this to a friend