binjiet – One News

Notifiki

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

“Se nagħmlu kollox b’mod sostenibbli” – Joseph Muscat lill-Iżviluppaturi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Developers Association, ftit ġimgħat wara li f’Kastilja ntlaqgħu numru ta’ banek u l-MDA, biex għall-ewwel darba jsir studju sponsorjat fuq l-industrija tal-bini.

Qal li proġett ta’ stħarriġ tal-KMPG se jevalwa s-settur tal-kostruzzjoni kemm jiflaħ fil-futur. Il-Prim Ministru qal li qatt ma ddejjaq jgħid li dan il-qasam huwa kruċjali għall-ekonomija. Minkejja li din trid tkun inċentivata b’affarijiet ġidda, il-kostruzzjoni jrid jibqa’ parti mill-bażi tal-ekonomija.

“Id-diskussjoni llum hija kemm nifilħu” sostna Joseph Muscat. Qal li jeħtieġ li l-poplu jkun konvint li din l-industrija toħloq l-impjiegi u l-ġid. Jeħtieġ kapitlu ġdid li jadatta għal domandi ġodda, kompla jgħid il-Prim Minsitru, filwaqt li faħħar lill-MDA tal-ideat li qed toħroġ bihom. “Qedin f’sitwazzjoni li nippjanaw għal għaxar u ħmistax-il sena oħra” żied jgħid.

Aqra aktar

Idawwru petizzjoni kontra żvilupp fiż-Żebbuġ Għawdex

Membri tal-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar qiegħdin isemmgħu leħinhom għaliex qiegħdin jgħidu li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni biex żewġ binjiet qrib il-Knisja taż-Żebbuġ Għawdex jitwaqqgħu u jinbidlu f’lukanda.

L-għaqda ssostni li dawn iż-żewġ binjiet huma klassifikati f’kategorija B+, minħabba l-kontribut tagħhom lejn il-karattru taz-zona urbana. Qiegħdin istostnu li dawn il-binjiet, f’zona ta’ konservazzjoni urbana, għandhom ikun protetti, u għalhekk niedew petizzjoni online.

Din il-petizzjoni għandhom l-intenzjoni jibgħatuha lill-Awtorità tal-Ippjanar u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li hija l-awtorità legali li tirregola tal-wirt storiku u kulturali ta’ Malta.

 

Send this to a friend