bini | One News

Notifiki

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.Aqra aktar

Erba’ offerti għall-bini mill-ġdid u twessiegħ ta’ toroq bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi

Il-Gvern qed iħejji biex is-sena d-dieħla jinbnew mill-ġdid u jitwessgħu Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg spjega kif Infrastruttura Malta rċeviet 4 offerti, b’valur medju ta’ €9.2 miljun għax-xogħol meħtieġ sabiex il-Gvern itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din it-triq importanti. Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ b’sodisfazzjon il-white paper dwar regolatur għas-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni

Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar ta’ white paper li se tistabbilixxi regolatur għas-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni. Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret il-mod kif tħaddmet il-white paper, u nnotat li s-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni huma kruċjali għall-ekonomija Maltija.Aqra aktar

Titnieda white paper dwar Awtorità ġdida dwar il-bini

Il-Gvern nieda white paper għall-konsultazzjoni pubblika li se twassal biex tinħoloq Awtorità ġdida dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni. Waqt business breakfast it-Tlieta filgħodu, il-kordinatur tal-proġett Carlo Mifsud qal li l-awtorità se jkollha l-qafas regolatorju biex tgħolli l-istandards.

Qal li l-white paper qed tipproponi li erba’ entitajiet preżenti jingħaqdu taħt awtorità waħda.Aqra aktar

Joħroġ il-permess għall-bini ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett għall-bini ta’ żewġ mini taħt l-art mar-roundabout ta’ Santa Luċija.  Dan il-proġett se jgħaqqad flimkien it-Triq tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija, lejn Triq Aldo Moro. Il-proġett multi miljunarju se jara l-bini ta’ żewġ mini ta’ madwar mitt metru u roundabout ġdida.  Dan filwaqt li s-sistema tal-elettriku, ilma u l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni fl-akwati se jsiru kollha mill-ġdid. Aqra aktar

Loġoġ isbaħ, kif jixiriqilhom il-Furjaniżi

Wara aktar minn deċenju mingħajr xogħol ta’ manutenzjoni, illum beda xogħol ta’ tisbieh fil-Loġoġ tal-Floriana. Dan ix-xogħol qed jsir wara li l-Kunstill Lokali sema’ leħen ir-residenti. Ix-xogħol qed isir mid-Dipartiment tal-Cleansing, taħt it-tmexxija ta’ Ramon Deguara fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. 

Ix-xogħol jinkludi tindif tas-saqaf u żebgħa fuq ġewwa tal-loġoġ. Is-Sindku Davina Sammut Hili qalet li l-Kunsill qed jaħdem ukoll biex ikun jista’ jsir xogħol estensiv tar restawr fil-loġġa ta barra, biex turisti u barranin li jidħlu lejn il-Floriana jammiraw is-sbuħija tal-loġoġ uniċi għal pajjiżna.

Aqra aktar

€19-il miljun għal tliet skejjel ġodda

Dsatax –il miljun ewro se jkunu investiti fi tliet skejjel ġodda f’San Pawl il-Baħar, Marsaskala u r-Rabat Għawdex.

Dawn it-tliet proġetti huma ewlenin fil-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada wara l-investiment ta’ erbgħin miljun ewro fi proġetti diversi fl-aħħar sentejn u nofs.

Aqra aktar

Minn binjiet żdingati għal lukandi fini

It-turisti qegħdin ifittxu iktar minn qatt qabel, speċjalment fix-xhur xitwin, li joqogħdu f’binjiet, li minnhom innifishom huma storiċi, għal esperjenza differenti.

Sa seba’ snin ilu fil-Belt Valletta l-postijiet ta’ akkomodazzjoni turistiċi kont tgħoddhom fuq id waħda. Illum għandna madwar tletin palazz jew proprjetà li ġew restawrati u maqluba f’boutique hotels, appartamenti lussużi, lukandi żgħar jew guest houses. Fis-sentejn li ġejjin dawn il-postijiet mistennija jiżdiedu b’għexieren oħra biex b’hekk fil-Belt Valletta biss ikun hemm madwar disa’ mitt kamra disponibbli għall-akkomodazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend