bill clinton – One News

Notifiki

“Nixtieq li Bill Clinton iħoss li għandu jiskuża ruħu għall-iskandlu Lewinsky”

F’intervent li kitbet għar-rivista Vanity Fair, Monica Lewinsky, li se tibqa’ mfakkra għar-relazzjoni skandaluża mal-eks President Amerikan Bill Clinton, qalet li tixtieq li Clinton jiddispjaċih ta’ dak li ġara. Fl-istess artiklu qalet “bye bye, Lewinsky scandal”, għaliex “20 sena kienu biżżejjed biex inġorr dak il-piż kollu fuqi”. Aqra aktar

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Send this to a friend