biedja – One News

Notifiki

Għid Tiegħek dwar l-Ewropa’ – konsultazzjoni dwar il-futur tal-biedja

Ilbieraħ saret it-tieni laqgħa minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea bit-tema, ‘Il-Futur tal-Biedja’. Dawn il-konsultazzjonijiet li qed isiru mill-MEUSAC u mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza huma parti minn proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni pubblika f’27 stat membru tal-UE. F’dan l-eżerċizzju l-pubbliku jiġi mistieden jgħid tiegħu dwar diversi temi ta’ interess partikolari fil-kuntest lokali u l-interessi taċ-ċittadini Maltin bħala ċittadini Ewropej waqt li jiġu identifikati t-tħassib, it-tamiet u l-aspettattivi tal-istess ċittadini.
Aqra aktar

Alfred Sant favur trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni insulari u fil-periferija tal-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan qalu Alfred Sant waqt li ressaq l-emendi tiegħu tar-Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni bħala Shadow Rapporteur għall-S&D fil-Kumitat Ekonomiku u tal-Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON). Dr Sant daħħal emendi dwar il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport, il-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni fid-dinja diġitali, dwar Google, il-liberta` biex aġenti tal-ivvjaġġar ‘online’ ibigħu biljetti tal-ajru bla xkiel, is-separazzjoni ċara tal-poteri tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, u l-kompetizzjoni fis-settur tal-ikel u fl-agrikoltura.

L-Ewroparlamentari esprima s-sodisfazzjon li setturi importanti qed jingħataw rikonoxximent permezz tal-proposti tar-Rapporteur tal-Grupp Politiku ALDE Ramon Tremosa u bl-emendi li ressaq. Ir-rapport mistenni jitla’ għall-vot waqt il-plenarja ta’ Marzu fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Dr Sant qal li l-emendi dwar Google jidhru b’mod prominenti.

“Irridu nitkellmu dwar Google b’mod ċar, b’mod razzjonali. Ma nistgħux ninjorawh għax b’hekk inkunu qegħdin ninjoraw l-iljunfant fil-kamra.”

L-Ewroparlamentari qal li l-aġenziji tal-ivvjaġġar ‘online’ qed jilmentaw li qed jitwarrbu mis-suq anke minħabba li ċerti linji tal-ajru jimponu ħlasijiet addizzjonali għal dawk li ma jibbukkjawx mas-siti tagħhom. Leġiżlazzjoni adattata għandha tevita aġir mhux kompetittiv fid-distribuzzjoni tal-biljetti bl-għan li l-biljetti tal-ajru jkunu orħos għall-vjaġġaturi kollha fl-Ewropa.

Dr Sant qal li d-Direttorat tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni għandu jingħata biżżejjed riżorsi.

“Naqbel li l-Kummissjoni Ewropea tingħata r-riżorsi meħtieġa u jkun hemm separazzjoni stretta u trasparenti bejn id-dipartimenti li jfasslu l-linji gwida, u dawk li jimplimentawhom f’każijiet speċifiċi. Għandna nevitaw sitwazzjonijiet fejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni jkun il-prosekutur, l-imħallef, il-ġurija u dak li jeżegwixxi.”

Dr Sant wera s-sodisfazzjon li permezz t’emendi tiegħu u kompromessi li nksibu mill-S&D il-kwistjoni ta’ diskrepanzi bejn il-prezzijiet tal-ikel offrut lill-konsumatur u dawk li qed jingħataw lill-bdiewa għall-prodotti tagħhom qed tiġi ndirizzata. Min hu dgħajjef għandu jiġi mħares.

Il-bdiewa sodisfatti “bl-ilma l-ġdid”

Ilma ta’ drenaġġ li tliet xhur ilu beda jiġi ttrattat f’ilma ta’ kwalità għat-tisqija tar-raba’ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta qed iħalli l-frott.

Bdiewa li tkellmu ma’ ONE NEWS dwar dan l-ilma li qed jingħataw b’xejn mill-Gvern biex isaqqu l-uċuħ tar-raba’ tagħhom esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għall-investiment li sar biex jissaffa dan l-ilma flok jibqa’ jintrema’ l-baħar.Aqra aktar

Is-Sajf l-iżjed iebes għall-bdiewa

Il-Festa tal-Imnarja fi ftit tal-jiem oħra tfisser it-tmiem tal-istaġun agrikolu, hekk kif diversi frott bħad-dulliegħ u ħaxix bħal qar’aħmar jibda jsib postu fis-suq.

Tkellimna mal-agronomu Charles Zahra f’din l-intervista.

Aqra aktar

Kif bdiewa u sajjieda se jibbenefikaw bil-wegħdi tal-PL

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u l-kandidat Clint Camilleri spjegaw dak li twettaq fil-qasam tal-biedja u sajd, u dak li qed iwiegħed Partit Laburista fil-Gvern.

Il-Prim Ministru qal li huwa settur żgħir imma ta’ importanza strateġika kbira. Huwa qasam regolat immens, u ħafna regoli ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Ikun hemm, allura, limiti fuq kemm jista’ jintervjeni Gvern nazzjonali. F’dan is-settur setgħu saru ħafna wegħdiet mill-Partit Nazzjonalista, imma jkunu mhux sostenibbli u ma jistgħux jitwettqu. Dan jista’ jwassal għal sospensjoni ta’ affarijiet oħra li bdiewa jkunu qed igawdu minnu.

DAK LI TWETTAQ

Tnieda servizz ġdid tal-Extension Services, li permezz tiegħu jingħataw pariri lill-bdiewa.
Saret riċerka fl-Għammieri u sar ġbir u tkattir ta’ Riżorsi Ġenetiċi Agrikoli. Dan minbarra li ġie ffirmat Memorandum of Understanding mal-MCAST. Inħolqot mixtla tas-Siġar tal-Frott
u qed issir riċerka fl-Experimental Winery tal-Gvern fil-Buskett.

IL-PITKALIJA

Qed tingħata garanzija bankarja lill-bdiewa u ttieħdu miżuri biex tkun retifikata l-problema ta’ nuqqas ta’ kaxxi. Sar xogħol ta’ manutenzjoni infrastrutturali u kienet implimentata sistema ġdida tal-informatika.

Aqra aktar

Il-Gvern se jagħti kumpens lil 5,000 bidwi wara n-nixfa tax-xitwa

Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega li lAġenzija tal-Pagamenti qiegħda tilqa’ numru straordinarju t’ applikazzjonijiet għall-għajnuniet. 

Kull sena l-aġenzija tal-pagamenti tilqa’ numru t’applikazzjonijiet għall-għajnuniet differenti.

Din is-sena, din il-kampanja fetħet fis-27 ta’ Marzu u tagħlaq fil-15 ta’ Mejju 2017. Applikazzjonijiet li jaslu għand l-aġenzija tal-pagamenti wara l-15 ta’ Mejju, iżda mhux aktar tard mid-disa’ ta’ Ġunju. F’dan il-perjodu, l-bdiewa huma mitluba jesprimu l-interess tagħhom li jirċievu sapport taħt il-miżuri li jaqgħu taħt il-Politika Agrikola Komuni.

Aqra aktar

Għajnuna għal min irid jiftaħ negozju fl-agrikoltura

Is-Segretarji Parlamentari Roderick Galdes u Ian borg ħabbru fondi Ewropej allokati għal dawk li għandhom inqas minn 41 sena u se jibdew in-negozju tagħhom fl-agrikoltura.

Il-fondi jammontaw għal €4.3 miljun, li minnhom huwa stmat li se jibbenefikaw 60 persuna b’massimu ta’ €70,000 kull wiehed.
Roderick Galdes spjega li filwaqt li hemm min qed jinvesti f’makkinarju ġdid u art, mhux qed ikun hemm nies ġodda li jibdew negozju, b’waħda mir-ragunijiet tkun diffikultajiet ta’ self minn banek. Barra minn hekk, negozju f’dan il-qasam iġib miegħu ħafna ħidma tal-idejn u ħinijiet twal ta’
ħidma.

Aqra aktar

“Li qalu l-Birdlife u l-CABS huwa QARRIEQI”

Aktar minn terz tal-postijiet tal-insib tal-passat m’għadhomx fl-użu, minħabba s-sistema rigoruża ta’ infurzar. Għalhekk dak li qalu organizazzjonijiet mhux governattivi huwa qarrieq.

Dan sostnieh s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, b’referenza għal dak li qalu l-CABS u Birdlife Malta, ċioe li aktar minn terz tas-siti tal-insib din il-ħarifa mhumiex irreġistrati u huma illegali. L-NGOs (organizazzjonijiet mhux governattivi) qalu wkoll li l-bqija tas-siti permessi mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) jiksru r-regolamenti għall-ħarsien tal-habitat.

Aqra aktar

L-isbaħ nagħaġ u l-iktar fenek bellusi: festa sabiħa f’jum l-Imnarja

Eluf ta’ Maltin marru l-ġonna tal-Buskett għall-Imnarja, il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Din il-festa tmur lura għal żmien il-kavallieri, meta kienu jieħdu l-opportunità għal jum ta’ divertiment aktar mis-soltu.

Hija wkoll festa tal-bdiewa, hekk kif illum jimmarka tmiem l-istaġun agrarju. Bdiewa li dan l-istaġun ma kienx daqshekk tajjeb għalihom, minħabba n-nuqqas ta’ xita. Qalulna wkoll li jinsabu mħassba bl-ammont ta’ xita barra minn żmienha li għamlet f’dawn il-jiem, li tagħmel aktar ħsara milli ġid.

Aqra aktar

Send this to a friend