Beppe Fenech Adami | One News

Notifiki

“Beppe Fenech Adami għandu ħafna x’jispjega lill-Membri tal-Korpi Dixxiplinati”- il-PL

Hu ironiku kif Beppe Fenech Adami indirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka promozzjonijiet li saru fl-Armata sitt snin ilu.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li kien ikun aħjar kieku Beppe Fenech Adami skuża ruħu talli ma daħħalx id-dritt ta’ sħubija f’Unions lill-korpi dixxiplinati kollha meta kien defacto Ministru tal-Intern.

Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami spjega  għala meta kien defacto Ministru tal-Intern, ma ħallasx l-over-time dovut lill-pulizija u kellu jkun dan il-Gvern biex jagħmel ġustizja mal-Pulizija Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami jispjega x’għamel hu meta kien  responsabbli mill-Armata  u kellu akkumulati 288 ilment fuq promozzjonijiet. Aqra aktar

Beppe Fenech Adami jgħid li l-elezzjoni ħafret in-nuqqasijiet tal-PN

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ddikjara li t-telfa elettorali li ġarrab il-partit Nazzjonalista ħaffret in-nuqqasijiet gravi li wettqu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-Gvern.

Mistoqsi waqt il-programm Dissett jekk intrefgħetx ir-responsabbiltà politika għan-nuqqas serju ta’ gvernijiet nazzjonalisti li baqgħu jirrifjuta li jdaħħlu d-dritt tal-avukat waqt l-interrogazzjoni mill-Pulizija u li kawża ta’ dan, bosta kriminali qed jispiċċaw illiberati, Fenech Adami qal li r-responsabbiltà ntrefgħet għax illum il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni.Aqra aktar

Tal-PN jirreaġixxu bi qrusa għall-għotja ta’ €5 miljun lil Puttinu

Esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista rreaġixxew bi qrusa għall-aħbar li l-istat se jkun qed jgħaddi għotja ta’ €5 miljun lil Puttinu Cares għal proġett ġdid ta’ appartamenti f’Londra.

Ilbieraħ filgħodu l-poplu sebaħ kuntent għall-aħbar li mal-ġenerożità tiegħu kien hemm l-istat ukoll li rrikonoxxa l-ħidma kbira ta’ Puttinu u ta wkoll l-impenn tiegħu favur dan il-proġett. Iżda, dan xejn ma niżel tajjeb ma’ esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari d-deputati Simon Busuttil, Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi li użaw il-midja soċjali biex jattakkaw din l-għotja u  tefgħu lil Puttinu Cares f’nofs dibattitu partiġjan.

Aqra aktar

BFA webbes rasu u baqa’ ma rranġax l-illegalitajiet fil-villa tiegħu

Id-deputat u l-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami baqa’ jwebbes rasu u ma rranġax l-illegalitajiet fil-villa tiegħu fil-Għargħur. Dan minkejja li wara li applika biex jissanzjona partijiet mill-proprjetà u jagħmel xi tibdil ieħor, kien impenja ruħu li se jirranġa dak li ma kellux skont il-permess, fost oħrajn f’żona ODZ.

Iżda, meta ġie għall-mument tal-prova Beppe Fenech Adami reġa’ m’osservax il-liġi u m’għamel xejn minn dak imwiegħed. Biex meta l-applikazzjoni tiegħu telgħet quddiem il-Kummissjoni għall-Ippjanar għal deċiż- joni finali, din il-Kummissjoni ma kellhiex għażla għajr li tirrifjuta l-permess b’mod unanimu. L-abbużi ta’ Fenech Adami jmorru lura għal qabel l-elezzjoni ġenerali meta l-gazzetta Kullħadd kienet fost dawk li żvelaw l-aġir tal-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-proprjetà tiegħu li għandha valur miljunarju.

Aqra aktar

Delia żamm il-kumpaniji li qal li se jneħħi

Il-gazzetta Kullħadd tiżvela li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għadu involut f’numru konsiderevoli ta’ kumpaniji. Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju.

Din hi dikjarazzjoni li għamilha fi żmien fejn kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari f’artikli b’rabta man-negozju.

Il-fatt li Adrian Delia baqa’ m’aġixxiex fuq dawn il-kumpaniji jfisser li bħal fil-każ tal-ħlas tat-taxxa reġa’ ma żammx il-kelma tiegħu.

Id-dikjarazzjonijiet li se jitlaq l-interessi tiegħu fin-negozju Adrian Delia għamilhom bosta drabi. Fost oħrajn dikjarazzjoni f’dan is-sens stqarrha meta kien intervistat fil-programm In Depth fuq is-sit elettroniku ta’ The Malta Independent bosta xhur ilu. Saħansitra dakinhar kien qal li dieħel għal Kap bi skapitu għan-negozju tiegħu li se jkun qed jitlaq.

Aqra aktar

BFA ordnat ineħħi l-illegalitajiet

Beppe Fenech Adami dejjem ċaħad li kellu illegalitajiet u saħansitra rebaħ libell fil-Qorti kontra ONE NEWS li żvela l-istorja.

Iżda, jirriżulta li eventwalment għamel applikazzjoni biex jissanzjona l-illegali u minn dak irrapportat fl-orizzont jirriżulta li Awtorità tal-Ippjanar qaltlu li jrid ineħħi dak li għamel bla permess u kontra r-regoli għal żoni ODZ biex imbagħad tkun tista’ tikkunsidra passi oħra.

Aqra aktar

Tgħaddi ta’ Beppe Fenech Adami

L-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa twila lbieraħ filgħaxija li damet sa tard billejl dan wara li d-deċiżjoni ta’ liema distrett kellu jċedi Beppe Fenech Adami qajmet dibattitu sħiħ. Dan għaliex, Beppe Fenech Adami ma riedx iċedi t-tmien distrett, bir-raġuni tkun li għal snin twal dan id-distrett kien marbut mal-kunjom Fenech Adami. Fil-fatt, wara dibattitu sħiħ u sigħat ta’ battibekki għaddiet ta’ Beppe Fenech Adami hekk kif huwa se jkun qed iċedi is-seba’ distrett.

Aqra aktar

Send this to a friend