benefiċċji soċjali – One News

Notifiki

90% ta’ dawk bit-tapering baqgħu fix-xogħol

Aktar minn 90% ta’ dawk li kienu daħlu fis-sistema tat- ‘Tapering’ tal-Benefficji Socjali fl-2014 baqgħu fl-impjieg.

Dan huwa l-ewwel grupp ta’ ħaddiema li ra tnaqqis gradwali tal-benefiċċji soċali wara li daħlu fl-iskema fl-2014.

Għal tliet snin huma baqgħu jieħdu l-benefiċċji soċjali flimkien mal-paga.

Ghall-ewwel sena huma 65% tal-benefiċċji, 45% fit-tieni sena u 25%  fit-tielet sena.

Spjega dan is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet ta’ Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Mark Musu.

Aqra aktar

Charlo Lautier liberat minn kull akkuża

Charlo Lautier minn Buġibba ġie liberat fi stadju tal-Appell. Dan wara li f’Lulju li għadda kien instab ħati fuq frodi ta’ benefiċċji soċjali u li organizza ġiti għal diversi gruppi mingħajr il-liċenzja meħtieġa.

Aqra aktar

Assistenza biex persuni vulnerabbli jidraw jaħdmu

Dħalna fit-tielet fażi tal-proġett LEAP li se jassigura li persuni vulnerabbli ikollhom għajnuna ta’ mentor biex jidraw id-dinja tax-xogħol.

Ħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia, li spjega li fit-tliet snin li l-proġett LEAP ilu fis-seħħ, grazzi għall-għajnuna minn fondi Ewropej, kienu identifikati eluf ta’ persuni li jgħixu f’nassa ta’ benefiċċji soċjali u għal xi raġuni qatt ma daħħlu jew baqgħu fid-dinja tax-xogħol, anzi lanqas biss kienu qed jirreġistraw.

Aqra aktar

3,500 inqas fuq il-benefiċċji soċjali

Naqsu bi 3,500 dawk dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. Dan meta wieħed iqabbel l-ewwel nofs ta’ din is-sena mal-ewwel nofs tal- bidu ta’ amministrazzjoni Laburista. Hija analiżi tal-istatistika maħruġa mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika (NSO) li tindika li matul l-ewwel nofs tal-2016 reġa’ kien hemm tnaqqis fid- dipendenza soċjali.

  • 3,500 joħorġu minn ċirku vizzjuż
  • Eluf igawdu minn inċentivi għax jaħdmu

Aqra aktar

Send this to a friend