belt – One News

Notifiki

Il-Ballu Tritoni għal darb’oħra fil-Belt Valletta

Għat-tieni sena konsekuttiva Pjazza Tritoni se terġa’ tingħata l-ħajja fil-jiem tal-Karnival. Dan hekk kif is-Sibt li ġej se jittella’ il-Ballu Tritoni.

Ballu li se jkun ferm differenti minn tas-sena ta’ qabel bl-għan ewlieni hu li tinżamm it-tradizzjoni Maltija iżda fl-istess waqt timxi maż-żminijiet.Aqra aktar

It-turġien tad-daħla tal-Belt jissemmew għal żewġ qaddisin

It-turġien li jilqgħu l-viżitaturi tal-Belt ssemmew għal żewġ qaddisin li għandhom rabta kbira mal-Belt innifisha.

Taraġ minnhom issemma’ għal San Ġorġ Preca, li twieled il-Belt u ġie deskritt mis-Segretarju Ġenerali tal-għaqda tal-Mużew Rueben Pace, bħala wild li għamel ġieh lill-Belt.

Is-Sur Pace qal li x-xewqa tiegħu hi li turisti jistaqsu min hu dan il-qaddis u sostna li kull tarġa tissimbolizza l-mixja lejn il-quċċata tal-ħajja Nisranija.Aqra aktar

Agħti merħba lill-2019 fil-Belt Valletta!

Għal sena oħra, pjazza San Ġorġ fil-belt se tkun iċ-ċentru ewlieni fejn se jintgħaddu l-aħħar tokki tas-sena u tingħata bidu għas-sena l-ġdida. Fl-aħħar jiem bdiet attività biex jintrama dak kollu meħtieġ biex jittella’ spettakklu ieħor kbir f’din il-pjazza li f’nofs ix-xahar laqgħet ukoll l-Ahhar Festa b’rabta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw id-dettalji tal-attività tal-aħħar tas-sena, ingħad li l-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 jonqsu biss l-aħħar avveniment li ssemma’ “Be the Festa.”Aqra aktar

Apparat ġdid fil-Belt Valletta kapaċi jsalva persuni b’attakk tal-qalb

Defibrillator huwa apparat żgħir li għandu potenzjal kbir għax jista’ jsalva ħajja ta’ bniedem. Għal dan il-għan, ġew installati l-ewwel sitta minn tmien defibrillators f’diversi mkejjen madwar il-Belt, li saret l-ewwel lokalità f’Malta li toffri dan is-servizz mediku.

Permezz ta’ dan it-tagħmir żgħir persuni li jbatu b’mard tal-qalb jew isibu ruħhom bejn ħajja u mewt se jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-ewwel. F’każ li persuna jagħtiha attakk tal-qalb, titqabbad din il-magna li permezz ta’ xokkijiet tista’ tkun kruċjali biex issalva l-ħajja.Aqra aktar

In-naħa t’isfel tal-Belt qed tingħata nifs ġdid

B’investiment ta’ erbgħa u għoxrin miljun ewro, il-proġett tar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta jinsab fi stadju avvanzat.

F’Awwissu, beda ir-restawr tas-swar mill-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta sa Forti Sant Iermu. Partijiet mis-swar diġà tlesta r-restawr fuqu.

Ir-restawr beda wara li l-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Ministeru tal-Kultura għamlu l-istudji neċessarji, biex permezz tar-restawr ikun jista’ jsir it-tindif u tiswija tal-stess swar.Aqra aktar

Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin

Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football.  Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi.  Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.

Aqra aktar

Aktar minn 400 avveniment matul Valletta 2018

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 nediet il-Programm Kulturali għall-2018: ġabra ta’ aktar minn 140 proġett u 400 attività li se jseħħu matul is-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Il-programm se jiftaħ fl-20 ta’ Jannar, b’serje ta’ attivitajiet spettakolari fil-Belt Valletta u l-madwar li jistiednu lill-udjenzi biex jieħdu sehem f’din il-festa mifruxa madwar il-gżira. Il-Programm Kulturali huwa inklussiv u varjat, li jinvolvi lil diversi komunitajiet u li jikkonsisti minn proġetti minn dixxiplini differenti, inkluż il-mużika, l-arti viżiva, iż-żfin u l-prestazzjoni, biex insemmu xi wħud.Aqra aktar

Send this to a friend