BBC – One News

Notifiki

Tibda kampanja ta’ xahar kontra Malta

“It conditions the way you work. The way you think about your own country”

Ix-xahar ta’ Ottubru se jara kampanja intensiva kontra Malta fil-midja internazzjonali.

Ikkordinata minn nies ta’ Occupy Justice u l-persuni qrib tagħhom fil-Partit Nazzjonalista, din il-kampanja se jkun hemm fuq quddiem tagħha l-blogger Manuel Delia. Għalkemm mhux waħdu.Aqra aktar

Ara: Norbert Bondi jimmeravilja lill-ġurija fuq BBC ONE

Il-kantant Malti Norbert Bondin kellu wirja eccezzjonali fuq BBC ONE fejn interpreta l-kanzunetta Say Something ta’ Great big World.

L-udjenza rrispondiet b’applawsi mill-isbaħ u l-kummenti tal-ġurija fosthom tal-kantanta Geri Halliwel (ex-Spice Girls) kienu tajbin immens.

Dan huwa programm b’differenza fejn il-kantanti jagħtu l-wirja tagħhom quddiem ġurija komposta minn 100 persuna li kollha ġejjin mix-xena mużikali.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/02/07/malti-fuq-programm-muzikali-fuq-bbc-one/

Trump jikkanċella żjara fir-Renju Unit

Donald Trump ikkanċella żjara ppjanata fir-Renju Unit fi Frar li ġej, fejn kien mistenni li jiftaħ ambaxxata Amerikana ġdida ta ‘$ 1 biljun (£ 738m) f’Londra.
Il-President tal–Istati Uniti fi tweet qal li ma kienx “fan kbir” tal-ambaxxata l-ġdida li se tkun qed tirriloka ruħha minn Mayfair għan-nofsinhar ta’ Londra.
Trump akkuża lill-amministrazzjoni ta’ Barack Obama għal “deal ħażin” minkejja l-fatt li l-bidla ġiet miftiehma taħt George W Bush.

Kelliem minn Downing Street qal li l-ebda data ma ġiet ikkonfermata għal xi żjara minn Trump fl-Ingilterra u li l-ftuħ tal-ambaxxata tal-Istati Uniti ‘hija kwistjoni għall-Istati Uniti’.
Is-sħubija kif sjeħilha hu; ‘b’saħħitha u profonda’ bejn il-Gran Brittanja u l-Istati Uniti mhux se ssofri minkejja li Trump ikkanċella l-vjaġġ li kien se jagħmel.
Madankollu, is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan, li fil-passat kellu batibekk ma’ Trump qal, li l-President tal-Istati Uniti ħa l-messaġġ li ħafna ċittadini minn Londra kienu jopponu l-politika u l-azzjonijiet tiegħu.

L-editur tal-BBC North America, Jon Sopel, qal li hemm is-suspett li trump seta’ kkanċella minħabba protesti li kien possibbilment isiru f’Londra maż-żjara ta’ Trump.

 

Ftehim bejn il-BBC u l-MTA

Fi stqarrrija l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja, l-istazzjon nazzjonali Ingliż BBC iffirma ftehim mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), biex ikun preżenti fil-palk  prinċipali ta’ festival ewlieni fid-dinja tal-mużika li se jsir f’pajjiżna llum.

Dan grazzi għal ħidma li qed twettaq l-MTA biex tkompli tippromwovi lil Malta fost niċċa ta’ turiżmu żagħżugħ u jkompli joħroġ ċar id-diversità li jgawdi minnha l-prodott turistiku Malti.Aqra aktar

Ġurnalist tal-BBC irrabjat sew għalina wara li arrestawh f’Għawdex…

Ġurnalist tal-BBC se jitressaq il-Qorti t’Għawdex għada akkużat li ħebb għal żewġ kaċċaturi f’Għawdex stess.

Chris Packham se jitressaq il-Qorti għada, u ħabbarha hu stess permezz ta’ filmat fuq twitter. Qal li nżamm fi stazzjon tal-Pulizija f’Għawdex għa sagħtejn u li ssejjaħ jidher għada filgħodu, akkużat li uża l-forza kontra xi ħadd bl-intenzjoni li jweġġa’ jew jinsulta. Stqarr ukoll li huwa kompletament innoċenti minn dawn l-akkużi.Aqra aktar

FILMAT: Kieku ġrat lil mara flok raġel

Ġimgħa wara li deher il-filmat fuq il-BBC, jidher li numru sinifikanti ta’ nies għadhom qed jitkellmu dwaru. Filfatt, matul din il-ġimgħa saru numru ta’ filmati li jirreplikaw il-mument ta’ dan il-missier, meta ż-żewġ uliedu ddeċidew jisirqu x-xena. Dan għamluh b’mod dirett meta kien qed jixxandar mad-dinja kollha.

Aqra aktar

Kif spiċċajna fuq il-faċċata tal-BBC

F’dawn l-aħħar xhur mhux l-ewwel darba li Malta ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta siti, rivisti u kif ukoll paġni fuq is-sit soċjali Facebook, fejn bosta kienu dawk li poġġewha mal-ewwel pajjiżi fost il-favoriti għas-sena 2017.

Hekk kif wieħed jidħol fuq is-sit tal-BBC, jista’ jilmaħ ritratt mill-isbaħ li jpenġi lil Malta bħala pajjiż li wieħed għandu ċans li jsib il-kuntentizza.

Il-BBC irrapporta kif network globali tal-komunità, InterNations, riċentament ippubblikaw servej fost persuni li ma jgħixux fil-pajjiż nattiv tagħhom, fejn abbażi għar-risposti li ngħataw, intgħażlu l-aqwa pajjiżi li ġabu riżultati tajbin f’kull att.

Aqra aktar

Il-kelba Titti se ssir aktar famuża!

Tiftakara lil Titti? Kif tista’ tara fil-filmat din il-kelba kienet fuq fomm kulħadd wara li n-nies kienu jibqgħu impressjonati kif tobdi lil sidha u taqbeż miegħu l-baħar mill-ogħli.

Il-kelba famuża għall-qabża tagħha fil-baħar, Titti, se tkun qed tidher fuq ITV BBC London.

Ħabbar dan is-sid tal-kelb Carmelo Abela fuq is-sit soċjali facebook. Din il-kelba hija famuża ħafna mal-Maltin wara ritratti u filmati tagħha taqbeż mill-għoli għall-baħar flimkien ma’ sidha.

Aqra aktar

Send this to a friend