bastiment – One News

Notifiki

Shabab Oman II fl-ibħra Maltin għal erbat ijiem

Bastiment tar-Royal Navy tal-Oman,  li huwa twil 85 metru se jkun fl-ibħra Maltin għal erbat ijiem, bejn it-22 u 25 ta’ Settembru. Fuq dan il-bastiment se jkunu qed isiru numru ta’ avvenimenti u huwa mistenni li jkun miftuħ għall-pubbliku.

Aqra aktar

FILMAT: X’ġara f’Birżebbuġa?

  • Biċċiet minn bastiment imkisser jitneħħew mill-kosta f’Birżebbuġa

 Fil-ġranet li għaddew, ħaddiema mid-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura kienu involuti f’biċċa xogħol mhux faċli f’Birżebbuġa, fejn neħħew minn mal-kosta biċċiet imkissrin minn bastiment kbir li daħal fuq il-kosta.

Aqra aktar

Iżommulu l-bastiment u t-trakk

Ġie miċħud appell ta’ raġel li fl-ewwel sentenza tal-Qorti ttieħdulu bastiment u trakk. Paul Bezzina nqabad idaħħal żejt f’Malta bil-kuntrabandu.

Membri tat-Taqsima tal-Infurzar għamlu sejba ta’ gaseoil li kien fit-trakk tal-akkużat ġo tank mistur taħt ir-ramel.

Aqra aktar

Żewġ bastiment ta’ tindif taż-żejt f’pajjiżna

Inċident li jinvolvi t-tixrid ta’ żejt minn bastimenti għall-baħar jista’ jħalli diżastru ambjentali u ekonomiku li r-riperkussjonijiet tiegħu jinħassu għall-snin twal jekk ma jkunx irriversibbli.

Bil-għan li l-ibħra madwar l-Ewropa ma jerperjenzawx xi ħaġa simili, madwar l-Ewropa hawn 17-il bastiment lesti biex fl-eventwalità t’ inċident jikkontrollaw dan it-tixrid.

F’ pajjiżna hawn tnejn minnhom.

Aqra aktar

Telaq illum il-vapur tal-LNG

Il-vapur li se jkun qiegħed jissuplixxi l-LNG fl-impjant il-ġdid f’Dellimara telaq minn Singapore illum. Wara li fl-aħħar ġimgħat saru l-ispezzjonijiet kollha marbuta mas-sigurtà, ilbieraħ fl-aħħar 48 siegħa saru testijiet fil-baħar u fl-aħħar 24 siegħa kien qed jingħata l-fuel.
Aqra aktar

Ara l-ħidma biex ma joħroġx żejt minn bastiment mgħerreq u maqlub fil-belt Valletta

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-bastiment MV Maria kien qed isalpa minn-nofsinhar tal-Port il-Kbir.

Difett ta’ natura mekkanika wasslet biex dan ħabat ma’ bastiment tal-merkanizja ieħor, u bastiment tas-sajd bl-isem ‘Angela Arcella’. Dan tal-aħħar spiċċa għereq f’Laboratory Wharf.

Cassar Ship Repair intalbu jwettqu ħidma fuq dan il-bastiment mgħerreq minn Transport Malta, sabiex qabelxejn ma jkunx hemm tixrid ta’ żejt bil-baħar.

Hawn tistgħu taraw il-ħidma li kellha ssir, li ma kinitx faċli minħabba l-post fejn għereq il-vapur, li huwa post strateġiku kif jidher fil-filmat. Fattur ieħor kien il-mod li bih il-bastiment għereq laġenba u għalhekk kellu jiddawwar biex setgħet tkun eżaminata l-ħsara.

Aqra aktar

Bastiment li se jsalva l-ħajjiet

Sa fl-Aħħar se tittieħed azzjoni għall-imwiet ta’ mijiet ta’ refuġjati li dan l-aħħar ħassdu r-reġjun Mediterranju.

Il-Golfo Azzurro, Nhar il-Ġimgħa se jagħmel l-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Malta bħala bastiment tas-salvataġġ għar-refuġjati. Dan se jibda jsalpa mill-Port il-Kbir kuljum biex jopera fl-ibħra bejn il-Libja u l-Italja, u jirrispondi għall-sejħiet tal-emerġenza minn dgħajjes tar-refuġjati.

Aqra aktar

Send this to a friend