barts medical school | One News

Notifiki

Adrian Delia jitkaża għax il-Gvern għandu pjan fil-qasam tas-saħħa

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ħassu xxukkjat għax il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jaħdem fuq pjan ta’ għaxar snin dwar is-saħħa li jinkludi wkoll is-saħħa mentali.
Li jidher li ma kienx jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni hu li fl-2014 ġie mniedi n-National Health Strategy for Malta 2014-2020 u allura bħalissa qegħdin eżatt f’nofs dan il-pjan nazzjonali. Issa l-Ministeru għas-Saħħa beda jaħdem fuq il-pjan li jmiss, jiġifieri pjan nazzjonali għas-saħħa għal għaxar snin bejn is-snin 2021 u 2030. Il-Ministeru għas-Saħħa se jkun qiegħed jaħdem fuq dan il-pjan flimkien mal-Queen Mary University; istituzzjoni rinomata li diġa għandha preżenza f’Malta permess ta’ Barts Medical School.
Huwa nkredibbli kif l-Oppożizzjoni mhux biss qed turi li m’għandhiex pjan fil-qasam tas-Saħħa, imma saħansitra tikkritika lill-Gvern illi għandu pjan u viżjoni għall-ġejjieni.

“Taparsi marru jagħmlu l-ewwel ġebla ta’ Barts” – Simon Busuttil

Imdarras bl-idea li x-xogħolijiet fuq l-iskola medika Barts f’Għawdex bdew ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li dan il-Gvern “taparsi mar jagħmel l-ewwel ġebla”.

Simon Busuttil tkellem hekk dwar faċilità deskritta bħala state of the art u skola medika li se tkun mill-aqwa meta mqabbla ma’ internazzjonali oħra.

Ix-xogħlijiet ‘taparsi’ li ddeskriva Busuttil bdew billi twaqqaw l-istrutturi antiki biex jinbeda l-proċess ta’ tħaffir fost xogħlijiet oħra li se jinbdew mill-ġimgħa d-dieħla u mistennija jkomplu matul it-tmien ġimgħat li ġejjin.

Aqra aktar

Ta’ Barts japplikaw biex jibnu

Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.

Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.

Aqra aktar

Send this to a friend