barranin – One News

Notifiki

Il-ħames akkużati bi 28 serqa ħarbu minn Malta bil-katamaran

L-għada li wieħed mill-ħames akkużati mixlija bi 28 serqa minn residenzi f’Ta’ Sliema u l-madwar, bejn l-2014 u l-2015 reġa’ tressaq il-qorti wara li ħarbu minn pajjiżna u hu nqabad fi Franza, ONE News tkellem maż-żewġ Unions tal-Pulizija li esprimew id-dispjaċir tagħhom li wara lill-pulizija mmexxija mill-Ispettur Fabian Fleri mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, ħadmet lejl u nhar sabiex inqabdu l-ħallelin involuti f’mewġa kbira ta’ serq,  kollha kemm huma spiċċaw ħarbu minn Malta wara li ngħataw il-ħelsien mill-arrest.Aqra aktar

ARA: Twerwirt ħsibt li kienu ser joqtluni – Malti jaqla’ xebgħa

Lejl xejn sabiħ għal raġel Malti meta għal-ebda raġuni safa midrub, wara li grupp ta’ nies barranin daruh u weġġgħuh gravi waqt li kien qed iwassal lil sieħbu lura d-dar.

Twerwirt. Ħsibt li kienu ser joqtluni.

Dik li kellha tkun lejla mill-isbaħ bejn il-ħbieb ħadet żvolta għall-agħar hekk kif raġel safa midrub gravi wara li grupp ta’ irġiel barranin daruh waqt li kien qed iwassal lil sieħbu lura d-dar kmieni t-Tlieta filgħodu.

Ir-raġel, li xtaq jibqa’ anonimu, għamel kuntatt ma One News sabiex jiddeskrivi l-esperjenza tant indimentakabbli.

Huwa ddeskriva kif kien għadu kif wasal Pembroke minn ħarġa mal-ħbieb sabiex iwassal lil sieħbu, meta dlonk minn imkien ġie fuqhom vann iswed bi tlett nies barranin fih u tfajla.

Wieħed ħabat għal sieħbi. Ieħor ġie b’lembuba beda jkisser fuq il-‘windscreen’ u tagħni daqqa ġo wiċċi sakemm kont għadni marbut bis-‘seatbelt’ u ieħor beda jqatta’ t-‘tyres’ tal-karozza u qaċċatli l-bieba.

Ir-raġel kompla jghid kif ma seta’ jagħmel xejn anke peress li fl-ebda ħin u mument ma stenna li dan kien ser jiġrilu.

Kif ħriġt barra it-tfajla qaltli ‘Run away they are going to kill you’. Jien dak il-ħin għidt dak r-raġel qiegħad bis-sikkina li waqa’ barra mill-karozza, għidt ħa jiġi minn warajja fid-dlam u ħa jtini xi daqqa ta’ sikkina.

Huwa qal li malli ħareġ mill-karozza qasam jiġri għan-naħa l-oħra tat-triq u għal xi raġuni, dan il-grupp barrani rikbu l-vann tagħhom u ħarbu minn fuq l-post.

Meta mistoqsi minn One News dwar x’ħass waqt li seħħ dan kollu, l-vittma qal hekk.

Tibda tgħid jien ħa noħroġ ħaj minnha l-ħaġa. Jiġifieri kienet tal-biża ħafna l-esperjenza.

Għaliha jew ‘mistaken identity’ waħda minnhom jew inkella qadt infittex daqsejn fuq l-internet u qed insib din ta’ ‘gang inititiation.’

‘Gang initiation’ hija forma ta’ prova għal dawk kollha li jkunu beħsiebhom jingħaqdu ma dawn it-tip ta’ gruppi. Prova bħal din tkun tiddetermina min huwa kapaċi għal sitwazzjonijiet perikolużi bħal dawn jew le.

Madankollu din il-persuna ma riditx biss tiddeskrivi l-esperjenza makabra li għaddiet minnha. Hija tkellmet ma One News ukoll sabiex tagħmel appell li permezz tiegħu jkun jista’ jgħin inaqqas dawn il-każijiet.

Jiena nagħmel appell li forsi jsir investiment tajjeb f’high resolution cameras’ bħalma hemm fl-‘istadiums’ fl-ibliet prinċipali fl-Ewropa bħal Londra u Franza. Jiġri x’jiġri qiegħad ‘monitored’.

Intant l-investigazzjoni tal-Puluzija rigward dan il-każ għadha għaddejjha.

Se jiżdiedu l-barranin li se jiġu jgħixu Malta bil-familja

L-aġenzija tal-Ażil EASO (European Asylum Support Office) li bħalissa timpjega 168 persuna fl-uffiċju tagħha li hu bbażat f’Malta, se żżid b’mod sostanzjali l-ammont ta’ ħaddiema.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li dawn se jitilgħu għal madwar 500 ħaddiem, ħafna minnhom diplomatiċi u professjonisti minn pajjiżi Ewropej. Dan wara ammont ta’ negozjati mal-awtoritajiet Maltin. Il-ħaddiema barranin se jkunu mħallsa minn fondi Ewropej, sabiex jgħixu hawn Malta. Ikunu jridu sistema ta’ kurrikulu internazzjonali sabiex uliedhom ikunu jistgħu jistudjaw hawn Malta.

Aqra aktar

Żiedu l-priġunieri barranin u naqsu l-Maltin

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela provda dettalji dwar kemm kienet il-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kull sena mill-2012 sas-sena li għaddiet.

Jirriżulta li kien hemm 12-il priġunier iqas fl-2016 fuq l-2012, l-ammont ta’ priġunieri Maltin naqas bi 33 iżda l-ammont ta’ barranin żdied bi 21 persuna.
Aqra aktar

Fl-2016 tressqu tmien persuni l-Qorti fuq holdups – il-maġġoranza barranin

Kienu tmien persuni li tressqu quddiem il-Qorti akkużati b’holdups li saru fis-sena 2016. Tliet persuni minn tmienja tressqu quddiem il-Qorti fuq tlett holdups separati u t-tmienja li huma kienu ta’ sess maskili.

L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-18-il sena u t-48 sena u minnhom kien hemm tlieta Maltina, wieħed Libjan, tnejn Brittaniki u tnejn Bulgari.

Aqra aktar

Rifużjoni tat-taxxa li se tingħata fi ftit sigħat

 Persuni li jgħixu f’pajjiż mhux Ewropew u jiġu f’pajjiżna se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn memorandum of understanding li ġie ffirmat illum bejn il-Gvern u Fintrax group. Permezz ta’ dan il-ftehim persuni li jkunu xtraw kwalunkwe oġġett minn Malta li se jkunu qed jieħdu lura magħhom f’pajjiżhom se jiġu eżentati mit-taxxa.

Aqra aktar

Send this to a friend