barrakka – One News

Notifiki

Il-bandiera tal-Commonwealth tittajjar fil-Barrakka

Tfal tal-iskola, tajru l-bandiera tal-Commonwealth ftit ħin qabel l-isparaturi mat-tokki ta’ nofsinhar fil-barrakka ta’ fuq. Din kienet l-ewwel fuq l-aġenda tal-lum, jum li fih il-pajjiżi li fl-antik kienu kolonji Ingliżi qed ifakkru l-jum iddedikat għall-Commonwealth.

Aqra aktar

Is-sbuħija ta’ pajjiżna tibqa’ timpressjona

Jidher li s-sbuħija ta’ Malta qed tibqa’ timpressjona lil mexxejja ta’ bosta pajjiżi. Fis-summit Malti l-kummenti dwar il-ġmiel ta’ pajjiżna ma qatgħu xejn, u l-veduti mill-isbaħ mill-barrakka ta’ fuq impressjonaw ukoll lil Prim Ministru Tork, Binali Yıldırım, li wara l-konferenza stampa konġunta flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat kellu ċ-ċans jgawdi x-xena spettakolari tal-Port il-Kbir u t-tliet ibliet.

Aqra aktar

Taħt l-art f’Jum San Pawl… ċans uniku jekk tħobb l-istorja

Bl-isparaturi tat-tmien kanuni tal-batterija tal-Barrakka ta’ Fuq u l-ftuħ esklussiv tal-ikbar kumpless ta’ mini taħt l-art li għandna f’pajjiżna, il-Fondazzjoni Wirt Artna wkoll se tkun qed tiċċelebra l-festa ta’ San Pawl illum fil-Belt Valletta, minn att kulturali u storiku. Kif jixhed il-filmat għandek opportunità unika jekk tħobb il-wirt storiku ta’ pajjiżna u tixtieq tesperjenza x’hemm fl-akwati tal-Barrakka ta’ Fuq. Aqra aktar

Send this to a friend