barċellona – One News

Notifiki

Jerġa’ jinqala’ l-inkwiet f’Katalunja

F’Katalunja, numru ta’ dimostranti kienu involuti fi ġlied mal-forzi Spanjoli wara li l-Qorti suprema ordnat li ħamsa u għoxrin mexxej Katalan għandhom jgħaddu ġuri mixlija li ppruvaw joħolqu ribelljoni kontra l-istat Spanjol.

Kemm il-darba dawn il-mexxejja jinstabu ħatja, uħud minnhom jistgħu jeħlu sa tletin sena ħabs.

Madwar għoxrin persuna ndarbu wara l-pulizija kellha tuża l-lembubi biex tferrex il-folol li nġabru biex jopponu d-deċiżjoni tal-Qorti.

Aqra aktar

Alexis Sanchez kkundannat 16-il xahar ħabs sospiżi.

L-attakant ta’ Manchester United, Alexis Sanchez ġie kkundanat 16-il xahar ħabs wara li ffroda lid-Dipartiment ta’ taxxa fi Spanja fiż-żmien meta kien ma’ Barcellona.

Huwa ametta li iffroda €983,443 fis-snin 2012 u 2013.  F’Jannar Sanchez kien deher quddiem il-qorti permezz ta’ video link u ammetta li ma ddikjarax dħul mill-bejgħ ta’ imaġini tiegħu f’dak il-perjodi.  Sanchez ukoll aċettali jħallas il-flus kollha lura, flimkien ma’ interessi lit-teżor Spanjol.

Din mhiex l-ewwel darba li player evada it-taxxa, bl-aktar każ riċenti ikun dak ta’ Lionel Messi li fl-2016 meta ġie kkundanat 21 xahar ta’ priġunerija sospizi. Qabel, anke Javier Mascherano weħel sentenza ta’ priġunerija sospiża fuq każ simili.

Inċidentalment, it-tliet players kienu jilgħabu ma’ Barcellona.

AĠĠORNAT: Il-Pulizija Spanjola tikkonferma li qatlet ix-xufier tal-attakk f’Barċellona

It-tfittxija għaż-żagħżugħ li qatel tlettax-il persuna f’Barċellona l-Ħamis li għadda nstab. Dan hekk kif il-Pulizija kkonfermat li huwa nqatel fi sparatura mill-Pulizija fil-Punent ta’ Barċellona stess. Jidher li Younes Abouyaaqoub ta’ 22 sena kien liebes ċintorin tal-isplussiv fil-ħin li nstab mill-Pulizija. Qed jiġi rrapportat ukoll li ż-żagħżugħ beda jgħajjat Allah hu Akbar meta beda jaffaċċja lill-Pulizija.

Il-Pulizija kienet qed tfittex lil Younes li huwa ta’ nisel Marokkin wara l-attakk terroristiku f’Las Ramblas f’Barċellona meta saq van għal fuq il-folla.
Aqra aktar

Estendew it-tfittxija madwar l-Ewropa għal dak li wettaq l-attakk f’Barċellona

F’aħbar li għadha kif ħarġet issa fuq il-midja barranija, it-tfittxija għas-sewwieq li wettaq l-attakk f’Barċellona issa ġiet estiża għal madwar l-Ewropa.

L-Awtoritajiet Spanjoli għadhom qed ifittxu s-suspettat ewlieni li wettaq l-attakk f’Barċellona fejn għalkemm qalu li huma kkonfermaw l-identità tas-suspettat, għadhom ma jridux jagħtu d-dettalji.

S’issa kollox jindika li s-suspettat hu Younes Abouyaaqoub li għandu tnejn u għoxrin sena mwieled fil-Marokk.

Aqra aktar

“L-attakki terroristiċi ma sarux f’isem l-Iżlam” – Imam

L-attakki terroristiċi f’Barċellona huma att kriminali mill-ISIS li qed jirrappreżentaw lilhom infushom. Dan qalu fi stqarrija l-Imam Mohammed Elsadi li spjega kif uħud mill-vittmi tal-attakk terroristiku f’Barċellona kienu ġejjin minn pajjiżi Musulmani.  Huwa ddeskriva dan l-attakk bħala wieħed kontra l-umanità.

Aqra aktar

Send this to a friend