barack obama | One News

Notifiki

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Barack Obama u l-Prinċep Harry b’sorpriża waqt l-“Invictus Games”

L-eks President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-Prinċep Harry, biex flimkien taw sorpriża bil-preżenza tagħhom f’waħda mill-aħħar logħbiet tal-Invictus f’Toronto.

Flimkien żaru t-tim Amerikan tal-basketball magħmul kollu minn persuni f’siġġijiet tar-roti qabel il-logħba kontra Franza.

Barack Obama u Harry, akkumpanjati mill-eks Viċi-President Joe Biden u martu Jill, raw lit-tim jirbaħ bl-iskor ta’ 28 kontra 6.Aqra aktar

Mill-White House malajr ġabuh Malta…

Jekk trid tbiddel karriera, hawn Malta qed jinħolqu ħafna opportunitajiet ta’ xogħol…anke mal-kumpanija GO.

Min jaf, forsi ssib lil Barack Obama bid-desk faċċata tiegħek.

Ċajt apparti, huwa eżerċizzju ta’ marketing aġġornat għall-aħħar dak li għamlet il-kumpanija.

Aqra aktar

RITRATTI: Attendenza fqira waqt l-inawgurazzjoni ta’ Trump

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, kien qal li se jkollu ħafna aktar nies minn qatt qabel jattendu għall-inawgurazzjoni tiegħu. Minkejja t-twissija li dan ma kienx se jkun il-każ, il-President kien kiteb “Il-Jum tal-Inawgurazzjoni se jkun akbar minn qatt qabel. Ħudu gost!”

Fl-2009 Barack Obama kellu rekord ta’ 1.8 miljun persuna li attendew għall-Jum tal-Inawgurazzjoni, fejn Trump kien qal li se jkun qed jaqbeż dan in-numru. Iżda minn ritratti li ttieħdu waqt iż-żewġ okkazzjonijiet, ma jurux dak li qal li se jiġri Trump.
Aqra aktar

“Tal-mistħija”

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana.

Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant. L-Istati Uniti astjenew mill-vot u m’użawx il-veto biex iwaqqfu r-reżoluzzjoni.

Diversi uffiċjali mill-Iżrael attakkaw lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lis-Segretarju tal-Istat John Kerry ta’ din il-mossa.

Send this to a friend