bank – One News

Notifiki

L-HSBC iżid il-qligħ

Il-bank HSBC żied il-qligħ fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Il-qligħ qabel it-taxxa sal-aħħar ta’ Ġunju kien ta’ kważi 21 miljun ewro.  B’hekk fl-ewwel sitt xhur l-HSBC għamel żieda fil-qligħ ta’ madwar 5 miljun ewro.  Dan ifisser żieda ta’ 30% fil-qligħ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Aqra aktar

BNF Bank jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Voca Choir b’risq Puttinu Cares

The Voca Choir, wieħed mill-aqwa korijiet lokali, se jkun qiegħed itella kunċert b’repertorju varjat bl-isem Voca – The Journey b’riżsq il-Fondazzjoni Puttinu Cares, bl-appoġġ ta’ BNF Bank. Il-kunċert se jsir fl-24 u fil-25 ta’ Mejju fis-Sala Sir Temi Zammit, L–Università ta’ Malta. Il-biljetti jiswew €15.

Voca hi organizzazzjoni fuq bażi volontarja li nħolqot fl-2010 bil-għan li tippromwovi l-mużika ta’ stili differenti waqt li tiġġenera fondi għal kawżi filantropiċi. Voca hi rinomata għall-mużika gospel, b’daqq u kant minn mużiċisti u kantanti ta’ esperjenza li jaqsmu l-passjoni u l-imħabba għall-mużika. Ir-repertorju ta’ Voca jvarja minn mużika spiritwali sa musicals u pop kontemporanju u l-grupp itella wkoll kunċerti barra minn Malta.Aqra aktar

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank ġdid tal-blockchain

Malta mistennija tkun il-bażi ta’ bank li se jibda jagħti servizz lill-kumpaniji tal-blockchain u l-crypto-currencies, li s’issa ma setgħux jingħataw is-servizzi li kellhom bżonn mill-banek tradizzjonali.

Jidher li l-kumpanija RnF Finance Limited, sieħeb ewlieni ta’ OK Group f’Malta, se tkun qed topera bħala l-istituzzjoni tal-kreditu hekk kif l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tawtorizza dan.Aqra aktar

Niżvelaw iktar dwar dik li Simon Busuttil qal li hi “whistleblower” li jemmen

Siefret mal-familja tagħha u ġabet Malta l-kunjatu. Fiż-żewġ okkażjonijiet użat flus il-bank li kienet taħdem miegħu. Din hi waħda mid-diversi kwistjonijiet li r-Russa Maria Efimova kienet investigata dwarhom u mitluba tispjega meta kienet fil-kustodja tal-pulizija bħala parti minn investigazzjoni li fiha hemm involut ukoll l-eks spettur Jonathan Ferris u saħansitra tressqet il-Qorti. Din il-ġimgħa r-Russa kellha tkompli tidher quddiem il-Qorti b’rabta mal-każ fejn hi akkużata li għamlet allegazzjonijiet foloz fuq numru ta’ pulizija li kienu qed jinvestigawha.

Aqra aktar

L-HSBC bi qligħ ta’ €25.9 miljun

Il-Bank HSBC Malta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’  €25.9m għas-sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2017, meta mqabbel mal-€41.3m għall-istess perjodu fl-2016. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ €15.4m jew 37% fuq il-perjodu preċedenti.

Aqra aktar

Bank ewlieni ‘hacked’ – eluf ta’ klijenti affettwati

Madwar 400,000 klijent ta’ l-ikbar bank fl-Italja kienu affettwati wara li data ta’ kontijiet ta’ self tpoġġiet f’riskju wara li saru xi hacks fis-sistemi.

Unicredit qalet li d-data personali u n-numri tal-kontijiet x’aktarx insterqu iżda żiedet tgħid li l-passwords ma nsterqux u għalekk il-hackers mhux se jkunu jistgħu jwettqu tranżazzjonijiet mhux awtorizzati.

Aqra aktar

PILATUS BANK IGIDDEB L-ALLEGAZZJONIJIET TAL-PN

Il-bank Pilatus irrefera għall-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-Prim Ministru u martu. Permezz ta’ stqarrija giddeb għall-kollox dak li qed jallega Simon Busuttil. Qal li ebda kumpanija bl-isem Hearnville, Tillgate u Egrant qat kellhom kontijiet fil-bank, jew qatt il-bank innegozja magħhom. Qal li l-bank m’għandux u qatt ma kellu dokumenti ta’ Joseph Muscat jew Michelle Muscat, u qatt ma kellu dokumenti ffirmati minnhom jew li minnhom jibbenefikaw Joseph Muscat u martu. Il-bank qal li ma saret ebda tranżazzjoni minn jew lejn kont bankarju f’isem Michelle Buttigieg u/jew membri tal-familja tagħha.

Il-bank spjega li c-chairman kien qed jirritorna minn Washington, fejn huwa bbażat u l-allegazzjoni li kien qed ineħħi dokumenti mill-bank hija bissa fittizja.

Aqra aktar

Il-Maġistrat inkwirenti jibda b’ħidmietu

Il-Pulizija ssiġġilat il-bank Pilatus biex il-Maġistrat Inkwirenti li nħatar biex jinvestiga l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Prim Ministru jkun jista’ jwettaq ħidmietu. Kien il-Prim Ministru li lbieraħ iddikjara li l-konsulenti legali tiegħu talbu lill-Kummissarju tal-Pulizija biex il-Maġistrat tal-Għassa jibda investigazzjoni. Investigazzjoni li kollox jindika li nbdiet.

Il-Prim Ministru ħa dan il-pass wara li ċaħad kull allegazzjoni li kien hemm fil-konfront tiegħu u ta’ martu f’dik li ddeskriva bħala l-ikbar gidba politika. Ħabbar ukoll li se jieħu passi legali.

 

Send this to a friend