Bank Ċentrali – Page 2 – One News

Notifiki

Rata ta’ tkabbir f’pajjiżna tliet darbiet il-medja taż-żona ewro

 

Fi stqarrija l-Gvern ta’ Malta qal li l-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ħareġ il-Quarterly Review, pubblikazzjoni li tħares lejn l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. Dan ir-rapport jikkonferma l-qagħda eċċellenti tal-ekonomija Maltija,tant li l-Bank Ċentrali jsostni li “this rate of expansion was three times that registered for the euro area as a whole”.

Aqra aktar

Il-Bank Ċentrali b’ħarsa pożittiva

Fl-2016 l-ekonomija Maltija kompliet tiżboq dak miksub mill-membri l-oħra fl-Unjoni Ewropea, hekk kif riformi strutturali fl-enerġija, is-suq tax-xogħol u s-sistema tal-benefiċċji taw spinta sostanzjali ‘l quddiem.
Fl-istess waqt l-amministrazzjoni prudenti fejn jidħlu finanzi pubbliċi, partikolarment bit-tnaqqis tad-dejn nazzjonali taht is-60% tal-PDG, u surplus ta 1%, kienu ta’ kontribut sostanzjali għall-istabilità.
Intant, ir-riżultati li hemm s’issa għall-2017 jikkonfermaw dawn it-tendenzi. Dawn il-punti ewlenin fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, f’ħarsa lejn is-sena 2016.

Aqra aktar

Il-Bank Ċentrali Ewropew irtira liċenzja ta’ bank li kellu lil Gonzi direttur

Il-Bank Ċentrali Ewropew laqa’ t-talba tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u rtira l-liċenzja bankarja tal-bank Nemea, li fost id-diretturi tiegħu għandu lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Dan wara li baqa’ ma ġiex irreġistrat progress f’għadd ta’ nuqqasijiet li kienu nstabu fit-tmexxija tal-bank li qajmu tħassib regolatorju serju.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li s-sena li għaddiet sabet nuqqasijiet serji li wassluha biex tieħu azzjoni regolatorja.

Aqra aktar

639 karta tal-euro falza rrappurtati minn Lulju sa Diċembru tal-2016

Fit‑tieni nofs tal‑2016, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta’ Malta 639 karta tal‑euro falza. B’hekk, għas‑sena 2016, l‑ammont totali ta’ karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq it‑3,010, li huwa tnaqqis ta’ 38.9% meta mqabbel mal‑figuri tas‑sena ta’ qabel.

Meta jitqabbel mal‑għadd ta’ karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f’Malta (medja ta’ ftit aktar minn 9.7 miljun fit‑tieni nofs tal‑2016), il‑proporzjon ta’ karti tal‑euro foloz għadu insinifikanti. Hu baxx ukoll (0.18%) bħala proporzjon tal‑ammont totali tal‑karti tal‑flus foloz maqbuda fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi matul l‑istess perjodu, li jammonta għal 353,000 karta tal-flus.

Aqra aktar

Inqas riskji għall-istabbiltà finanzjarja

Pajjiżna għandu ftit li xejn riskji għall-istabbiltà finanzjarja tiegħu u l-ftit riskji li kien hemm komplew jonqsu. Dan jirriżulta minn rapport tal-Bank Ċentrali.

Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2016, li jkopri l-iżviluppi fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ investiment, b’referenzi għall-isfond ekonomiku li fih operaw dawn l-istituzzjonijiet matul l-ewwel sitt xhur tal-2016.

Aqra aktar

Mario Vella magħżul Gvernatur tal-Bank Ċentrali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat innomina lil Dr Mario Vella bħala Gvernatur ġdid tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’effett  mill-ewwel ta’ Lulju.

Vella studja fl-Universita ta’ Malta, Londra u Berlin. L-esperjenza u interessi tiegħu f’dawn l-aħħar 35 sena iffokaw l-aktar fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-investiment dirett barrani.

Vella kien Kap eżekuttiv tal-Malta Enteprise fost il-ħafna karigi li okkupa.

 

Tbassir pożittiv fuq l-ekonomija mill-Bank Ċentrali

Skont il-Bank Ċentrali ta’ Malta, din is-sena l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber b’4.9%.

Dan huwa kważi żewġ punti perċentwali aktar, jew darba u nofs, ir-rata ta’ tkabbir li sa sena ilu l-Bank Ċentrali kien qiegħed ibassar għall-2016. It-tbassir tal-Bank Ċentrali jiżboq sewwa dak magħmul mill-Gvern u minn aġenziji internazzjonali.Aqra aktar

Send this to a friend