Bank Ċentrali – One News

Notifiki

F’Malta naqas il-faqar u fiż-żona Ewro żdied

Pubblikazzjoni tal-Bank Ċentrali magħrufa bħala quarterly review tinkludi rapport estensiv fuq l-aħħar żviluppi fir-rata ta’ faqar u esklużjoni soċjali f’pajjiżna. Dan ir-rapport janalizza bir-reqqa statistika Ewropea li tinġabar kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fuq il-livell tal-għajxien fost il-familji f’pajjiżna.

Aqra aktar

Il-banek Ċentrali ta’ Malta u l-Alġerija, itejbu l-kooperazzjoni

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Banque d’Algérie;  il-bank ċentrali Alġerin qablu li jorganizzaw laqgħa annwali ta’ livell għoli.

Id-Direttur tal-Bord Philip Meli u l-Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet u Relazzjonijiet Internazzjonali Silvio Galea, iltaqa’ mal-Gvernatur Mohamed Loukal, il-Viċi Gvernatur Said Maherzi u l-Konsulent tal-Gvernatur Abed Hocine f’Algiers il-ġimgħa li għaddiet.

Il-promozzjoni tas-servizzi bankarji biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tas-servizzi u investimenti bejn iż-żewġ pajjiżi kienet għolja fuq l-aġenda tal-laqgħa. Ġiet diskussa wkoll il-kollaborazzjoni fit-taħriġ u l-edukazzjoni ulterjuri fl-istudji bankarji ċentrali.

 

 

Munita u bolla li jfakkru r-reżiljanza Maltija

Munita kommemorattiva flimkien ma’ bolla stampata inħadmu biex jitfakkar għeluq il-ħamsa u sebgħin anniversarju mill-konvoj ta’ Santa Marija u l-għoti tal-George Cross f’pajjiżna.

Lejliet il-jum li Malta ssellem lil Santa Marija u għalhekk il-miġja tal-konvoj tkellimna ma’ Kevin Cassar, kuratur fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, li spjegalna d-disinn ta’ din il-munita.  Spjegalna li l-munita, maħduma fir Royal Dutch Mint, turi l-emblema ta’ Malta u s-sena tal ħruġ  fuq in naħa ta’ quddiem. Imbagħad is-sinjifikat tal-ġrajja jinsab fuq in-naħa ta’ wara.Aqra aktar

Send this to a friend