bank centrali ta’ malta – One News

Notifiki

Kunċert mużikali f’San Vinċenz De Paule għall-50 sena anniversarju tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

 

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għal kunċert mużikali ġewwa San Vinċenz De Paul għall-anzjani residenti u l-familjari tagħhom. Il-kunċert ġie organizzat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bħala parti mill-attivitajiet li qed jiġu organizzati sabiex jiġi ċċelebrat il-50 sena anniversarju tiegħu.

Aqra aktar

Ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa’ b’saħħtu – Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

L-ekonomija Maltija kompliet tirreġistra tkabbir b’saħħtu ħafna matul l-2017, bil-prodott domestiku gross (PDG) reali jitla’ b’6.6%. L-attività ekonomika kienet xprunata l-aktar mill-esportazzjoni netta, filwaqt li l-kontribut tad-domanda domestika, għalkemm pożittiv, kien iżgħar. Data settorjali turi li l-attività fis-servizzi baqgħet l-istimolu ewlieni tat-tkabbir ekonomiku, għalkemm issetturi tal-manifattura u l-kostruzzjoni kibru wkoll.

Dan qalu l-Bank Ċentrali ta’ Malta li għadu kif ippubblika r-rapport annwali tiegħu għas-sena 2017, liema rapport jagħti ħarsa lejn il-politika u l-operat tal-Bank matul is-sena u jinkludi rapporti finanzjarji dettaljati.

Aqra aktar

Muniti li jfakkru l-iskultura ta’ Giuseppe Mazzuoli – Il-Magħmudija ta’ Kristu

Fl-20 ta’ Marzu 2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad-deheb ul-fidda li jur u ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’, grupp ta’ statwi maħduma minn Giuseppe Mazzuoli (1644-1725).

Il-muniti nħarġu taħt l-Europa Programme bit-tema “Barokk u Rokokò” u għandhom il-marka tal-logo Europa Star.

Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, filwaqt li l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.

Dawn il-muniti huma valuta legali f’Malta biss.

Aqra aktar

L-ekonomija Maltija kompliet tikber b’ritmu b’saħħtu 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-ewwel ħarġa tar-rivista ta’ kull tliet xhur għas-sena 2018, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tielet trimestru tal-2017.

Ir-rivista tippreżenta wkoll stħarriġ dwar l-investiment fin-negozju u l-finanzjament tal-investiment f’Malta. Artikli oħrajn janalizzaw l-impatt makro-ekonomiku tar-riformi strutturali fis-settur tal-enerġija, kif ukoll żviluppi fis-settur tal-manifattura.

Aqra aktar

Tmur fl-aħħar minuta ssarraf LM27,000

Fadal ftit ċans sabiex jissarrfu l-karti tal-liri Maltin f’Ewro iżda l-bank ċentrali baqalu jiġbor aktar minn ħamsa u tletin miljun Euro.

Huwa għalekk li l-Bank Ċentrali qed iħeġġeġ lil kull min għad baqalu minn dawn il-flus moħbijin taħt xi maduma sabiex sal-Erbgħa filgħodu jżur il-bank ċentrali sabiex ikun jista’ jsarrafhom sabiex ma jintilfux.

Ċifri miksuba minn ONE NEWS juru li matul dan ix-xahar, wieħed mill-persuni li mar il-Bank Centrali bidel is-somma ta’ 27,000 elf lira Maltin.

Is-Sur Jesmond Gatt mill-Bank Ċentrali ta’ Malta sostna li baqa’ 35 miljun minn 36 miljun fi flus x’jissarfu. Mat-tokki ta’ nofsinhar tal-jum tal-Erbgħa dawn il-flus mhu se jibqgħu jiswew xejn u uffiċjalment ikun ingħalaq separju ieħor fl-istorja monetarja ta’ pajjiżna. Prattikament, wara għada, il-karti tal-flus Maltin ma jiġu jiswew xejn.

Is-Sur Gatt spjegal li l-flus li ma jinġabrux sa jumejn oħra jiġu ddikjarati bħala profitt ta’ darba għall-Bank Ċentrali. Wara li jsir dan, parti minn dan il-profitt jgħaddi direttament għand il-Gvern.Aqra aktar

Send this to a friend