banda san mikiel | One News

Notifiki

Il-Banda San Mikiel f’Monte Sant’Angelo, fl-Italja

Bosta baned Maltin dan l-aħħar kellhom l-opportunità li jdoqqu barra l-pajjiż. L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D. 1883 din is-sena qed timmarka l-ħdax-il safra li din il-Banda Żabbarija għamlet barra l-pajjiż. Wara li s-sena l-oħra l-Banda San Mikiel għamlet programm f’Valenzja fi Spanja, din is-sena l-Banda San Mikiel, f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif tagħha bħala s-Societa’ Filarmonica del Zabbar, ġiet mistiedna biex iddoqq fil-festi kbar li jsiru ad unur l-Arkanġlu San Mikiel ġewwa Monte Sant’Angelo, Foggia fl-Italja.

Aqra aktar

135 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel

Resqin lejn ċelebrazzjonijiet mill-isbaħ f’għeluq il-135 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883.

Din is-sena l-festa ta’ San Mikiel se tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 26 ta’ Awwissu, fl-10.30am b’marċ mat-toroq ta’ Ħaż-Żabbar u wara attivita’ mill-isbaħ fil-każin tal-Għaqda.

 

Send this to a friend