ballu | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat waqt il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Fost dawk preżenti li lbieraħ attendew għall-ballu tal-qamar ta’ Awwissu kien hemm ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu s-Sinjura Michelle Muscat.

Dan il-ballu ilu jsir għal bosta snin fil-Palazz tal-Verdala; liema palazz kien ir-residenza tal-Granmastru tul iż-żmien tas-sajf.

L-arkitett tal-Palazz Verdala kien il-Malti Ġilormu Cassar u llum dan iservi għal bosta okkażjonijiet speċjali kemm dawk statali kif ukoll attivitajiet marbuta ma’ istituzzjonijiet tal-karità fosthom il-Malta Community Chest Fund.

Fil-fatt, il-ballu tal-qamar ta’ Awwissu huwa parti mill-attivitajiet li jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ dan il-fond li jagħmel tant ġid f’pajjiżna.

Il-ballu tal-qamar t’Awwissu

Il-Palazz Verdala, s-Sibt fil-għaxija kien mixgħul u preparat, biex jgħati l-esperjenza tal-ħolm li kapaċi joffri l-ballu tal-Qamar t’Awwissu.  B’hekk dawk kollha li kienu preżenti, esperjenzaw edizzjoni oħra tal-ballu tal-President.  Edizzjoni li fiha nġabret somma b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Aqra aktar

Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja

Il-President ta’ Malta nediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-August Moon Ball, li din is-sena se jsir nhar il-5 t’Awwissu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kif jiftaħ l-istaġun tal-avvenimenti b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Hija stqarret li f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-mediċina ta’ pazjenti Maltin irdupjat minn dik tas-sena l-oħra u għalhekk l-għajnuna hija importanti iktar minn qatt qabel.

Iċ-chairman tat-tim organizattiv tal-ballu, Daniele de Petri Testaferrata, saħaq kif din is-sena, bħal kull sena oħra se jkun ballu tal-aqwa livell, anke bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-korp tal-Pulizija u l-kavalerija tiegħu u l-inguardia parade. Il-mużika tal-ballu se terġa’ tkun f’idejn il-Brass House Unit.

Min jixtieq jattendi jista’ jmur l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta, iżur il-Palazz ta’ San Anton jew inkella jżur is-sit online tal-August Moon Ball.

Aqra aktar

Il-ballu tal-qamar t’Awwissu se jsir fis-sitt jum tax-xahar

Tnediet edizzjoni oħra tal-ballu tal-qamar t’Awwissu. Dan se jsir is-Sibt 6 t’Awwissu, bl-iskop li d-dħul kollu jmur ghall-Malta Community Chest Fund.

Meta ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijeit, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-għan tal-Malta Community Chest Fund jibqa’ dak li jkunu salvati l-ħajjiet. F’każijiet oħra jkun żgurat li l-pazjenti u l-qraba tagħhom jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar sakemm iħallu din id-dinja.
Aqra aktar

Send this to a friend